L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (27 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-27 ta’ Lulju 2022

 

 

Prima Pagina Tuttosport 27/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 27/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 27/07/2022

Filmat: Juventus-Barcellona 2-2

Interess qawwi f’Paredes min-naħa ta’ Juventus

Hu fatt magħruf li Juventus iridu lil Paredes biex ikun il-mutur tagħhom f’nofs il-grawnd. Bl-injury ta’ Pogba, jista’ jkun li Juventus iħaffu jiffirmaw lil Paredes. Qed jissemma bdil ma’ Rabiot, għalkemm mhux eskluż li Juventus jinvestu somma sew biex jiksbu s-servizzi tiegħu bla ma jpartu ma ebda plejer mit-tim tagħhom.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Itterminat il-kuntratt ta’ Ramsey

Intlaħaq ftehim bejn Juventus u Ramsey biex il-kuntratt tal-midfielder minn Wales ikun itterminat sena qabel iż-żmien. Fin-nota maħruġa minn Juventus m’hemm ebda indikazzjoni dwar kemm se jkun qed jingħata Ramsey. Qed tissemma ċ-ċifra ta’ 3 miljuni li Ramsey se jdaħħal talli aċċetta dal-ftehim.

Matthew Scerri

Ċans ta’ operazzjoni għal Pogba

L-injury ta’ Pogba hu gravi ferm iktar milli kien maħsub. Mit-testijiet li sarulu r-riżulta li hemm problema fil-meniscus ta’ rkoptu. Qed jissemma li jaf issirlu operazzjoni li tkun tfisser waqfa ta’ 40 jum għalih.

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (26 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-26 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 26/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 26/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 26/07/2022

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (25 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-25 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 25/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 25/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 25/07/2022

Juventus iridu jbigħu qabel jixtru aktar plejers f’nofs il-grawnd

F’nofs il-grawnd Juventus mistennija jagħmlu minn tal-inqas akkwist ieħor. Qed jissemma b’saħħa Paredes fil-pożizzjoni ta’ playmaker. Qabel isir dan l-akkwist, Juventus iridu però qabelxejn ibigħu peress li bħalissa fit-tim Juventin hemm wisq plejers li jilagħbu f’nofs il-grawnd. L-uniċi ċerti li se jżommu posthom ma’ Juventus huma Pogba u Locatelli. McKennie, Zakaria u Rabiot, probabbli jibqgħu, għalkemm jekk tasal offerta tajba, Juventus lesti jbigħuhom. Ramsey u Arthur, mill-banda l-oħra, mhumiex parti mill-pjanijiet ta’ Juventus. Ramsey jinsab f’negozjati ma’ Juventus biex jittermina l-kuntratt tiegħu, filwaqt li hemm it-tama li Arthur jkun misluf (Arsenal). Imbagħad hemm it-tlieta żgħar – Rovella, Fagioli u Miretti – li s’issa mhux magħruf x’se jsir minnhom. Kollox jindika li wieħed mit-tlieta biss se jibqa’ ma’ Juventus, għalkemm il-preseason jaf jibdel il-pjanijiet ta’ Juventus. La darba Juventus ikunu neħħew plejer jew plejers fit-tim tagħhom, ikunu jistgħu jgħaddu għal aktar akkwisti.

Matthew Scerri

Il-poloz taċ-Champions League fil-25 ta’ Awwissu

Fadal xahar biex inkunu nafu min se jkunu l-avversarji ta’ Juventus fil-grupp taċ-Champions League. Il-poloz se jittellgħu fil-25 ta’ Awwissu f’Nyon wara li jkunu ntemmu l-partiti tar-rawnds preliminari. Juventus did-darba se jkunu fit-tieni urna u allura hemm ċans kbir li jkollhom avversarju qawwi fil-grupp.

Matthew Scerri

Il-mercato tal-Juventus sa issa

Kont ili ma’ nikteb xi artiklu u naqsam ftit hsibijiet maghkom il-membri ghaliex preferejt inhalli li l-affarijiet jibdew jkunu cari u wisq aktar ufficjali biex nkun nista nitkellem aktar fuq il-fatti u mhux fuq it-titli tal-gazzetti u l-holm li kultant jbellaw biex ibieghu aktar gurnali f’dawn iz-zminijiet.

B’sodisfazzjon nghid li ghal kontra ta’ dak li kont ktibt u hsibt fl-ahhar artikli tieghi rigward akkwisti futuri fejn jien kelli l-ideja li l-club ma’ kienx ser jinvesti xi flejjes kbar u ser imur aktar lejn players li ma’ jkunux daqshekk ta’ xi isem li jaghmel hoss kbir fil-passat izda l-fatti qed juru bil-kontra. Ghalkemm nibqa nsostni li nhallu l-opinjonijiet finali meta t-tim nibdew narawh jilghab u jinghaqad sew zgur illi l-players li gew akkwistati s’issa huma ta’ valur tekniku gholi hafna u fuq kollox huma dawk li kellna bzonn daqs l-ilma f’din l-iskwadra.

Nibdew bl-ewwel akkwist ufficjali li zgur ma’ ghandux bzonn ta’ l-ebda introduzzjoni ghaliex kulhadd jaf kemm diga tpaxxejna bih fis-snin li ghaddew PAUL POGBA, kulhadd jaf pogba kemm huwa player ta’ kwalita, kemm huwa player li kapaci johrog bil-ballun minn sitwazzjonijiet difficli, jtella t-tim u jitma l-attakkanti xi haga; li f’dawn l-ahhar snin konna neqsin hafna minna. Pogba mhuhiex gej minn xi snin felici ma’ man utd izda kulhadd jaf man utd mit-tluq ta alex ferguson lil hawn qatt ma’ sabu bilanc la fis-socjeta taghhom wisq aktar fit-tim. Li titlef player bhal pogba b’xejn ghal darba darbtejn zgur li huwa sinjal ta’ tmexxijja u programazzjoni hazina hafna. Minn naha l-ohra nistennew pogba aktar matur mill-ewwel esperjenza tieghu maghna u ghalhekk konvint li huwa akkwist tajjeb u konvincenti.

It-tieni akkwist, ANGEL DI MARIA player iehor ta’ fama internazzjonali u ta’ klassi kbira, player li wahdu kapaci jbiddel andament tal-loghba, rebah unuri u laghab ma’ l-aqwa clubs ewropej, hasra li l-kuntratt huwa biss ghal sena wahda ghaliex konvint illi b’dan l-akkwist ser nesperjenzaw l-istess esperjenza ta’ carlos tevez li kellu sentejn meraviljuzi ma’ Juventus. Di maria ser igib mieghu esperjenza kbira u kwalita li se tiswa hafna liz-zghazagh li ser jigu integrati fl-ewwel skwadra. Nerga nghid nispera li jikkonvinci ruhu li jzid sena mal-kuntratt li ghandu.

It-tielet u l-ahhar akkwist frisk – GLESON BREMER minghand il-kugini torino u wara li l-inter kienu ghamluwa fatta li l-player kien lest taghhom, izda tiswa ta’ taghlima lil certu supporters taghna ukoll illi player qabel jiffirma ma’ ghandek xejn f’ idejk! Bremer rebah l-unur ta’ l-aqwa difensur is-season li ghadda u bir-ragun, rajna bil-fatti kemm huwa marker tajjeb sahansitra avolja stopper izda jaghmel certu overlaping fil-kontrattakki u player fiziku immens li zgur ser jaghmel tajjeb ghat tluq ta’ matthias de ligt illi kif kien mistenni kien ilu li ha decisjoni li jhalli lill-Juventus. Nissokta nghid mil-bidu la ma’ jaghmilx aktar minn tlett snin maghna (raiola diktat) pero kull deni hudu b’gid ghaliex il-club dahhal ammont ta’ flus li bijom jista jinvesti hafna u hafna aktar.

Ma’ nixteqx ninsa liz-zghazagh ferm promettenti li sa issa huma integrati fl-iskwadra bhal fagioli ,rovella ,soule u miretti li diga rajnih fl-ahhar loghbiet tas-season li ghadda kemm ghandu personalita u intelligenza tattika. Ghalhekk bl-akkwisti li saru u konvint li ser ikun hemm aktar moviment tul dan ix-xahar zgur li ser inkunu wiehed mit-timijiet favoriti ghal rebh tal-kampjonat li jmiss.

L-ahhar haga li xtaqt naqsam maghkom f’dan l-artiklu hija illi tafu personalment kemm nikritika din id-dirigenza u tmexxijja li kellna dawn l-ahhar snin. Onestament nghid illi cherubini qed juri li huwa bniedem silenzjuz li ma’ tantx jidher quddiem cameras izda jahdem u jasal fis-silenzju u din lili tolqotni hafna. Minn naha l-ohra arrivabene kif dejjem ghidna huwa l-bniedem ta’ john elkann li jiddeciedi jsirx il-pass finali jew le u xejn aktar ghalkemm l-aktar li jitkellem u jidher huwa hu xi haga li jista jkun qed tahdem favur cherubini. Nisperaw li fl-artiklu li jmiss ikollna aktar akkwisti ufficjali fuq xiex nitkellmu!

FORZA JUVE DEJJEM