Il-programm tal-partiti tat-8 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Napoli-Torino: Massimi

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Inter-Roma: Massa

Is-Sibt 1 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Empoli-Milan: Aureliano

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022, 12.30 p.m.
Lazio-Spezia: Sacchi

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022, 3.00 p.m.
Lecce-Cremonese: Marinelli
Sampdoria-Monza: Ayroldi
Sassuolo-Salernitana: Ferrieri Caputi

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022, 6.00 p.m.
Atalanta-Fiorentina: Irrati

Il-Ħadd 2 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Juventus-Bologna: Abisso

It-Tnejn 3 ta’ Ottubru 2022, 8.45 p.m.
Verona-Udinese: Minelli

Matthew Scerri

Juventus se jkollhom lura diversi plejers

Alex Sandro, Rabiot u Locatelli se jkunu qed jirritornaw għall-azzjoni fi tmiem il-ġimgħa wara li rkupraw mill-injuries tagħhom. It-Tlieta li huma se jkunu jistgħu jilaghbu kontra Bologna. Allegri se jkollu lura wkoll lil Cuadrado u Milik li tilfu l-aħħar partita kontra Monza peress li kienu sospiżi.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (28 ta’ Settembru)

Ħarsa lura lejn l-1983 meta fit-Tazza tat-Tazzi Juventus għelbu lil Lechia bl-iskor ta’ 2-3. Għal Juventus skurjaw Vignola, Tavola u Boniek.  

Bħal-lum fil-passat (27 ta’ Settembru)

27 ta’ Settembru 1972. Dakinhar Juventus laqgħu f’darhom lil O.Marseille fit-Tazza taċ-Champions. Il-Bianconeri rebħu 3-0, gowls ta’ Bettega (2) u Haller.

Injury għal Miretti mat-tim nazzjonali

Fabio Miretti sofra injury waqt li kien impenjat mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena. Fil-fatt waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tal-bieraħ u qala’ daqqa fl-għaksa u għandu uġigħ qawwi. Tant hu hekk li ntbagħat lura Turin fejn se jkun inviżtat mit-tobba ta’ Juventus li għandhom jistabilixxu l-entità tal-injury u kif għandu jiġi kkurat.

Matthew Scerri