Kostic wasal Turin!

Filip Kostic wasal Turin dalgħodu u hekk bdiet uffiċjalment l-avventura tiegħu ma’ Juventus. Jonoqs biss it-testijiet mediċi qabel jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Hu se jiffirma kuntratt ta’ tliet snin b’paga ta’ 3.5 miljun Ewro, bonuses inklużi. Juverntus se jħallsu 17-il miljun Ewro għalih lil Eintracht Frankfurt.

Matthew Scerri

Il-programm tal-partiti tal-1 Ġurnata tas-Serie A

Is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Milan-Udinese: Marinelli
Sampdoria-Atalanta: Dionisi

Is-Sibt 13 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Lecce-Inter: Prontera
Monza-Torino: Mariani

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Fiorentina-Cremonese: Sacchi
Lazio-Bologna: Massimi

Il-Ħadd 14 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Spezia-Empoli: Chiffi
Salernitana-Roma: Sozza

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2022, 6.30 p.m.
Verona-Napoli: Fabbri

It-Tnejn 15 ta’ Awwissu 2022, 8.45 p.m.
Juventus-Sassuolo: Rapuano

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (11 ta’ Awwissu)

Fil-11 ta’ Awwissu 2012 Juventus kienu rebħu s-Super Cup tal-Italja għall-ħames darba fl-istorja tagħhom. Il-filmat li qed inwasslulkom, fih l-aqwa siltiet ta’ dik il-partita.

Filmat: Insiru nafu aħjar lil Kostic

Kostic se jkun Turin għada

Filip Kostic għandu jasal Turin għada filgħodu. Għall-ewwel kien maħsub li kien se jkun qed jivvjaġġa lejn l-Italja l-lejl li għadda. Matul il-ġurnata tal-lum kien hemm stennija għalih, imma issa jidher li se jitlaq lejn Turin kmieni għada filgħodu. Id-dewmien hu marbut mal-fatt li Eintracht kienu mħabbtin fl-aħħar jumejn minħabba li se jkunu qed jilagħbu kontra Real Madrid u allura ma kellhomx ċans jiffinalizzaw l-aħħar dettalji burokratiċi marbutin ma’ dat-trasferiment.

Matthew Scerri

L-attakk Juventin għadu rebus

Ilna ġimgħat nisimgħu u naqraw ismijiet ta’ attakkanti li jistgħu jingħaqdu ma’ Juventus. S’issa għadna biss b’Vlahovic u Kean bħala attakkanti puri, flimkien ma’ Di Maria u Chiesa (li Allegri stess qal li realistikament se jkun jista’ jagħtu sehmu minn Jannar ‘il quddiem). Das-sajf Juve neħħew lil Dybala u lil Morata, u għaldaqstant it-tim ta’ Allegri għandu bżonn attakkant ieħor.

Bħalissa l-ismijiet li qed isiru huma dawk ta’ Muriel u Depay. Għada l-aġenti ta’ Depay għandhom laqgħa ma’ Barcellona biex forsi jxolju l-kuntratt tal-Olandiż. Irridu ngħidu pero’ li Chelsea qed juru interess f’Aubameyang u qed ikun irrapurtat li Barcellona se jħallu jitlaq wieħed biss bejn Depay u Aubameyang.

Muriel hu l-Alternattiva għal Depay. Il-prezz tiegħu hu ta’ madwar 15-il miljun. Jekk Depay ma jinħallx mill-kuntratt tiegħu ma’ Barcellona, Juventus se jmorru għal Muriel.

Intant qed jerġa’ jissemma li Kean se jitlaq lil Juventus. Dan mhux faċli daqskemm ħafna jaħsbu peress li Kean jinsab misluf mingħand Everton u barra minn hekk Kean hu meqjus bħala hone grown player u allura jaf ikun utli għal Juventus minħabba l-lista taċ-Champions League.

Matthew Scerri

Aħbarijiet tajba dwar Cuadrado u McKennie

Aħbarijiet tajba mill-Continassa hekk kif illum Cuadrado qatta’ s-sessjoni ta’ taħriġ mal-kumplament tat-tim. Hu rkupra mill-virus tal-istonku li kien qed iħabbtu fl-aħħar jiem.

McKennie, mill-banda l-oħra, ittrenja biss għal parti mill-ħin ma’ sħabu. Hu għadu qed jirkupra mill-injury fi spalltu u min jaf jirnexxilux ikun għad-dispożizzjoni ta’ Allegri nhar it-Tnejn għall-partita kontra Sassuolo.

Matthew Scerri

Il-Club tagħna fuq Tiktok!

Il-Club tagħna issa fuq Tiktok ukoll!
Jekk għandek profil fuq din il-pjattaforma nistidnuk tagħmlilna ‘Follow’ biex tkun tista’ ssegwi l-kontenut li se jibda jittella’ fuq din il-paġna.

Uffiċjali: Fagioli ġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Juventus ħabbru li Nicolo’ Fagioli ffirma kuntratt ġdid magħhom sal-2026. Fagioli mar tajjeb das-sajf u mistenni jibqa’ ma’ Juventus. Fil-fatt hemm ċans tajjeb li nhar it-Tnejn hu jibda mill-ewwel minuta kontra Sassuolo.

Matthew Scerri