Filmat: Is-sessjoni ta’ training (10 ta’ Awwissu 2022)

E-mail address ġdid għall-klabb

Il-Kumitat jixtieq jinforma li minħabba raġunijiet tekniċi, b’effett immedjat l-indirizz email ġdid tal-klabb huwa [email protected]

Għaldaqstant kull korrispondenza li wieħed jixtieq jagħmel permezz tal-email huwa mitlub li ma jużax iktar l-indirizz il-qadim iżda minflok juża dan ta’ hawn fuq.

F’każ ta’ diffikulta’ tistgħu tikkuntattjawni fuq in-numru 79618994.

Grazzi
Darren Micallef

Uffiċjal Tesseramenti
Assistent Segretarju u Assistent Segretarju Internazzjonali

Juventus f’kuntatti mal-aġenti ta’ Depay

L-attakkant il-ġdid ta’ Juventus jista’ jkun Memphis Depay. Jirriżulta li Juventus tkellmu mal-aġenti tiegħu u offrewlu kuntratt ta’ sentejn. S’issa jidher li għadu ma nstab ebda ftehim bejn Depay u Juventus minħabba li l-Olandiż qed jitlob paga għolja. Madankollu jidher li hemm ottimizmu qawwi li l-partijiet jistgħu jsibu ftehim bejniethom. Qabel, iżda, Depay irid ixolji l-kuntratt li għandu ma’ Barcellona, ħaġa li hi probabbli ferm peress li l-klabb Spanjol jeħtieġ inaqqas il-pagi tat-tim tiegħu biex ikun jista’ jirreġistra l-plejers l-ġodda li xtraw.

Matthew Scerri

Kostic mistenni jasal Turin illejla

Filip Kostic jista’ jitqies bħala plejer ġdid ta’ Juventus. Fi stqarrija Eintracht Frankfurt ikkonfermaw li Kostic mhux se jkun qed jilgħab għada kontra Real Madrid fis-Super Cup tal-Ewropa. Skont id-Direttur għall-Isport ta’ Eintracht, Markus Krösche din id-deċiżjoni ttieħdet wara talba min-naħa ta’ klabb li qed jinnegozja l-akkwist ta’ Kostic. Għalkemm ma semmihx, il-klabb hu ovvjament Juventus. Illejla Kostic se jasal Turin biex għada jsirulu t-testijiet mediċi u jkun jista’ jibda jittrenja taħt id-direzzjoni ta’ Allegri u l-istaff tiegħu.

Matthew Scerri

X’qed joffru Manchester United għal Rabiot

Qed ikun irrapurtat li Manchester United lesti jħallsu 18-il miljun Ewro flimkien ma’ 2 miljuni oħra f’bonuses. Ftehim ferm tajjeb, speċjalment meta wieħed iqis li s-sena d-dieħla jasal fi tmiemu l-kuntratt ta’ Rabiot ma’ Juventus. Milli jidher jonqos biss li Manchester United jilħqu ftehim mal-plejer innifsu, ħaġa li ma tidhirx verament diffiċli.

Il-flus li Juventus se jkunu qed idaħħlu, se jiġu investiti fl-akkwist ta’ plejer jew plejers f’nofs il-grawnd. Paredes ilu jissemma, filwaqt li fl-aħħar jumejn bdejna nisimgħu li Juventus għamlu kuntatt ma’ Sassuolo sabiex jixtru lil Frattesi. Dawn jew xi ħadddieħor mistennija jingħaqdu ma’ Juventus biex isaħħu nofs il-grawnd tat-tim ta’ Allegri.

Matthew Scerri

Ftehim fil-qrib għal Kostic

Juventus jinsabu pass ‘il bogħod milli jilħqu ftehim ma’ Eintracht Frankfurt għal Filip Kostic. Il-klabbs resqin bil-mod il-mod lejn ftehim definittiv li għandu jkun madwar il-15 miljun Ewro. Hu maħsub li llum il-klabbs se jkunu qed jiffinalizzaw il-ftehim, b’Kostic ikun jista’ jivvjaġġa lejn Turin għat-testijiet mediċi.

Matthew Scerri

Injury muskolari għal Szczesny

Tkompli tiżdied il-lista ta’ plejers Juventin barra mill-azzjoni minħabba injury. Szczesny sofra injury muskolari f’koxxtu u se jdum barra għal tliet ġimgħat. Hu għaldaqstant se jkun qed jitlef l-ewwel partiti tal-istaġun.

Matthew Scerri

Manchester United miftehma ma’ Juventus biex jixtru lil Rabiot

Fl-Ingilterra qed jirrapurtaw li Manchester United laħqu ftehim ma’ Juventus biex jiksbu lil Adrien Rabiot. L-aħbar qed tingħata minn The Athletic u minn Sky Sport Uk. Issa r-Red Devils jinsabu f’taħdidiet ma’ omm Adrien, Veronique li hi l-aġent tal-midfielder Juventin. Rabiot fadallu sena biss kuntratt u allura Juventus għandhom kull interess li jbigħuh issa minflok iħalluh jitlaqhom b’xejn is-sena d-dieħla.

Matthew Scerri