Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Atletico Madrid

Passi dixxiplinari fil-konfront ta’ Kean li mhux se jilgħab

Moise Kean se jitħalla barra mill-partita tal-lum kontra Atletico Madrid minħabba li allegatament wasal tard fil-Continassa għall-partita. Allegri u l-istaff tiegħu ddeċidew li bħala kastig iħalluh barra mill-iskwadra għall-partita tal-lum. Postu mill-ewwel minuta se jieħdu Soule.

Matthew Scerri

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Awwissu)

Il-filmat tal-lum joħodna għas-sena 2016 meta proprju bħal-lum Juventus kienu lagħbu partita ta’ ħbiberija kontra West Ham, liema partita kienet parti mill-inawgurazzjoni tal-istadium il-ġdid tal-Hammers.

Bidla oħra fil-programm. Juve-Atletico se tintlagħab f’Turin

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali li nstab ftehim sabiex il-partita ta’ ħbiberija kontra Atletico ssir xorta waħda għada. Mhux se tintlagħab f’Tel Aviv imma fit-training grounds tal-Continassa. Inbidel anki l-ħin li issa hu fis-6.00 ta’ filgħaxija.

Matthew Scerri

Fagioli mistenni jibqa’ ma’ Juventus

Kollox jindika li Fagioli se jibqa’ ma’ Juventus għal dan l-istaġun. Hu impressjoni lil Allegri li jridu fit-tim Juventin. Dil-ġimgħa Fagioli mistenni wkoll jiffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus. Fagioli ġej minn sena tajba ferm ma’ Cremonese u jidher lest biex jagħti sehmu fit-tim Juventin.

Matthew Scerri

Tħassret Juventus-Atletico Madrid

Il-partita ta’ ħbiberija bejn Juventus u Atletico Madrid tħassret minħabba ġlied li nqala’ fl-iStrixxa ta’ Gaza. Din kellha tkun l-aħħar partita ta’ ħbiberija qabel jibda l-kampjonat u kellha tintlagħab f’Iżrael, biss kif għidna l-inkwiet li hemm fil-pajjiż ma jagħmilhiex possibbli li l-partita tintlagħab.

Matthew Scerri

L-aġent: “Arthur irid jitlaq lil Juventus”

Federico Pastorello, li hu l-aġent ta’ Arthur, ikkonferma li hemm interess min-naħa ta’ Valencia fil-midfielder Brażiljan. Hu qal li jittama li jinstab ftehim għax Arthur irid jitlaq lil Juventus. Skont Pastorello, Arthur hu plejer tajjeb wisq biex joqgħod jara lill-oħrajn jilagħbu.

Matthew Scerri