Lura fir-realta

Lura fir-realta, dik hija l-verita wara l-partita kontra Sassuolo li kontrina dejjem tahseb li qed nilghabu kontra xi Real Madrid jew xi Barcellona imbghad tarahom gimgha wara u tahsibom Kercem Ajax bir-rispett kollu lejn Kercem!

Xejn ma’ jnehhi mil-fatt li din hija realta ta’ l-iskwadra taghna, fl-ahhar artiklu ktibt nispera li wara l-partita kontra Lazio ma’ naghmlux bhal l-istagun passat u kif naraw xaqq ta’ dawl immorru lura fl-infern u hekk gara, propjament tajna erbgha u mhux qlajna erbgha ghaliex ghamlu kollox il-players taghna bis-soltu zbalji banali u fil-kaz ta’ din il-partita zbalji banali u dilettanteski!

Ghaliex gara hekk? Semplici u cara iktar milli wiehed jahseb! Ghax ma’ nbidel assolutament xejn fil vera sens tal-kelma , l-istess difetti, l-istess fragilita ma’ l-ewwel diffikultajiet, l-istess players medjokri li kellna fil-midfield s-sena l-ohra u l-istess mentalita teknika tal-passat ghajr ghal xi mumenti jew wara li naqalaw il-gowl u naraw xi tip t’attakk anka jekk hafna konfuzjoni u improvizzazjoni.

Ghalhekk ma’ rridux naghgglu meta tasal xi rebha bhal dik kontra Lazio imma x’tort naghtina meta ahna sapporters li minn dik il-glorja spiccajna f’ din il-medjokrita?!

Kif nistghu nippretendu u nahsbu li ser immorru ahjar meta ghadna minghajr midfield? Meta l-aktar player li ilna nistennew biex itina ftit kwalita kompla ghaffigna! Kif nistghu nkunu ahjar jekk lejn l-attakanti taghna ma’ jasalx ballun? X’nippretendu minn players ta’ wahda tajba u jahsbu li saru stilel u ghaxra hziena bhal Locatelli u Rabiot li dan jidher li serrah rasu li se jdahhal 7 miljuni ohra ta’ season u rega qieghed jilghab qisu n-nanna u ma’ jirbahx ballun u ma’ jaghtix tqassima tajba f’partita, kif nistghu nkunu ahjar meta f’partita biex naraw cross irid jinqala Chiesa mill-attakk u jitfa cross hu! X’nippretendu meta l-players taghna jaghmlu zbalji banali li minn nurseries jghallmuk biex ma’ taghmilx bhat-tqassima ta’ Gatti lil siehbu li qieghed pressat fin-nofs u ssallbu u qlajna t-tieni gowl, biex ma’ nsemmux ir-raba gowl li huwa frott ta’ xejn hlief biza, nuqqas ta’ konvinzjoni li lanqas nazzardaw nduru biex nqassmu l-ballun l’fuq u minflok nixxutjaw gol-lasta taghna stess!

Dik hi r-realta, ma’ nbidel assolutament xejn, voldiri saqajna mal-art u ma nistennew xejn u ma’ noholmux dak li b’din il-medjokrita ma’ nistghux nwettqu.

Li zgur irid isir apparti li issir kinsa tajba jehtieg li hu zgur li l-players taghna jaghlqu ftit halqom fuq is-social media, ftit anqas mudelli u gel f’xaghrna u tpatpit vojt imbaghad wara gimgha nittrenjaw nippruvaw naghtu xutt gol-lasta mqar kull kwarta u nippruvaw ma’ nkomplux nirredikolaw ruhna b’dan il-mod.

FORZA JUVE DEJJEM

Sinjal ta’ tama

Il-partita kontra Lazio baghtet l-ewwel sinjal li dan l-istagun nistaw nkunu protagonisti tul il-kampjonat. Kien l-ewwel test difficli ghalina ghaliex Lazio dejjem ikunu tim difficli biex teghlbu u kienu ghadom gejjin minn rebha mportanti barra minn darhom kontra Napoli.

Rajna lit-tim Juventin li hareg bi grinta u rajna agressivita u organizazzjoni mal-bidu tal-loghba li xebbahta ma’ dak li konna rajna fl-ewwel loghba ta’ l-istagun kontra Udinese. Naturalment nittama li nibqghu nkunu b’dan il-mod u nsibu l-kontinwita li f’dawn l-ahhar staguni tlifna hafna, fejn wara partita tajba dejjem waqajna fi prestazzjonijiet medjokri.

Kif ghidt qabel, hrigna tajjeb hafna u konna pjuttost perikoluzi minn qabel gie l-gowl meraviljuz ta’ Vlahovic li fl-ahhar bdejna naraw l-attakant li xtaqna u li pretendejna minnu mil-bidu, forsi l-pubalgijja kienet il-vera mottiv li kien hekk dizappuntanti l-istagun li ghadda.

Federico Chiesa ma’ hemmx ghalfejn nghidu, kulhadd jaf xi player hu meta jkun 100% u kemm hassejna n-nuqqas tieghu wara l-injury gravi li kellu.

Hadt gost nara zewg players li personalment qatt ma’ ghogbuni kemm ilhom ma’ Juventus u dejjem kritikajt u qed nirreferi ghal Locatelli u Mckennie, b’Locatelli wara l-wirja pozittiva man-nazzjonal rega kellu prestazzjoni tajba immens u minn cross tajjeb tieghu wasal l-ewwel gowl tal-partita.

Minn naha l-ohra Westin Mckennie jidher li dahlet fih aktar fiducja fih innifsu u kien sod u tajjeb tul il-partita kemm fil-fazi difensiva u kemm meta kellna bzonnu avanzat mal-linja kwazi nazzarda nghid kien perfett.

Qlajna gowl u dahhalna lil Lazio ghal ftit minuti fil-partita fuq is-soltu traskuragni ta’ Bremer li huwa player sod fuq wara izda l-klassiku Braziljan li kultant ikun traskurat hafna. Izda fortunatament gie t-tielet gowl mal-ewwel b’gowl mil-isbah ta’ Vlahovic li ghalaq il-partita ghalkemm stajna kabbarna l-iskor permezz ta’ Weah li falla cans tajjeb bil-lasta vojta izda tefa’ l-ballun fl-gholi.

Kif ghidt qabel nittama li dan huwa sinjal ta’ mentalita gdida b’ aktar certezza fil-players u konvinzjoni li ghalkemm ghad fadal x’nahdmu biex nkunu ta’ livell daqs timijiet ohra, nsibu dik il-kontinwita li tippermettilna li dejjem nibqghu mat-timijiet ta’ fuq fil-klassifika.

FORZA JUVE DEJJEM