Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Juventus-Chivas

Juventus għelbu lil Chivas 2-0

Kmieni dalgħodu Juventus lagħbu l-ewwel partita vera ta’ ħbiberija għal dan l-istaġun u rebħu bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu wieħed f’kull taqsima. Kien Da Graca li fetaħ l-iskor hekk kif tefa’ fix-xibka rebound minn daqqa ta’ ras ta’ Gatti bil-ballun li kien spiċċa jaħbat mal-lasta. Fit-tieni Taqsima wasal it-tieni gowl minn azzjoni ta’ kontrattakk b’Compagnon jikkonkludi l-azzjoni b’xutt fil-baxx fuq l-ewwel lasta.

Għalissa hu diffiċli li jikkummenta dwar il-wirja ta’ Juventus. It-tim għadu qed jingħaqad u dawn il-partita jservu iktar biex l-istaff tekniku jifhem kif miexi x-xogħol ta’ taħriġ atletiku tat-tim. Rajna ftit affarijiet interessanti minn individwi, fosthom il-mod kif Bremer għalaq azzjoni ta’ kontrattakk avversarja fil-91 minuta, fejn letteralment lanqas biss ħalla spazju lill-attakkant ta’ Chivas. Di Maria u Pogba wkoll kellhom wirja tajba, kif ukoll nistgħu ngħidu li Fagioli u Gatti wrew li ħaqqhom li jkunu parti mit-tim ta’ Allegri.

JUVENTUS-CHIVAS DE GUADALAJARA 2-0
Skurjaw: Da Graca (J), Compagnon (J)

Juventus: Sczcesny (Perin); Cuadrado (Barbieri), Danilo (Rugani), Gatti (Bremer), Alex Sandro (Pellegrini); Fagioli (Aké), Locatelli (Zakaria), Pogba (Rovella); Di Maria (Soulé), Da Graca (Cudrig), Kean (Compagnon). Kowċ: Allegri.

Chivas de Guadalajara: Rangel (Jimenez); Sanchez (Mozo), Briseño (Mireles), Mier, Ponce (Olivas); Torres (Yrizar), Garcia (Vega); P. Perez (Beltran), Cisneros (Calderon), S. Perez (Alvarado); Zaldivar (Ormeño). Kowċ: Cadena.

Referee: Daneon Parchment

Karta safra: Cudrig (J)

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (23 ta’ Lulju 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-23 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 23/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 23/07/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 23/07/2022

 

 

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (22 ta’ Lulju 2022)

 

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-22 ta’ Lulju 2022

 

Prima Pagina Tuttosport 22/07/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 22/07/2022

Corriere Dello Sport, prima pagina

Ranocchia misluf lil Monza

Filippo Ranocchia se jkun qed jilgħab b’self ma’ Monza f’dan l-istaġun. Illum sarulu t-testijiet mediċi. Kien hemm diversi timijiet tas-Serie A li wrew interess fih, biss finalment Monza rebħu dit-taqtigħa. Allegatament Monza se jkollhom id-dritt li jixtruh għal kollox is-sena d-dieħla, b’Juventus ikollhom id-dritt tar-recompra. Dwar dan kollu jkollna konferma aktar ‘il quddiem malli Juventus iħabbru uffiċjalment id-dettalji tal-ftehim.

Matthew Scerri

Il-plejers Juventini li sejrin l-Amerika

Juventus telqu lejn l-Amerika għat-Tour li se jarahom jilagħbu kontra Deportivo Guadalajara, Barcellona u Real Madrid. Il-lista ta’ plejers li se jmorru l-Amerika hi:

Gowlers: Szczesny, Pinsoglio, Perin, Garofani

Difensuri: Bremer, Danilo, Cuadrado, Alex Sandro, Gatti, Pellegrini, Bonucci, Rugani, Barbieri

Plejers ta’ nofs il-grawnd: Pogba, Rovella, McKennie, Locatelli, Zakaria, Compagnon, Fagioli

Attakkanti: Vlahovic, Kean, Di Maria, Soulé, Aké, Cudrig, Da Graca

Se jkunu neqsin: Arthur, Chiesa, Kaio Jorge u De Sciglio (injuries); Rabiot (raġunijiet personali); Ramsey u Pjaca (li mhumiex iktar fil-pjanijiet ta’ Juventus).

Matthew Scerri

Rabiot x’aktarx mhux sejjer l-Amerka minħabba l-vaċċin

Diversi sorsi qed jirrapurtaw li Adrien Rabiot mhux sejjer l-Amerka ma’ Juventus minħabba li ma jridx jieħu l-vaċċin tal-Covid-19. L-aħbar mhix waħda uffiċjali. Rabiot tkellem biss dwar raġuni pesonali bla ma spjega x’inhi. Ta min jgħid li fl-Amerka hu obbligatorju li persuna tieħu tliet dosi tal-vaċċin biex tkun tista’ tieħu sehem f’eventi li jattiraw ħafna nies. Rabiot, li kellu l-Covid, jidher li ma ħax il-vaċċin minħabba li fl-Italja hemm regolamenti differenti minn dawk Amerikani.

Matthew Scerri

Uffiċjali: Juventus xtraw lil Bremer

Juventus ħabbru li xtraw lil Gleison Bremer mingħand Torino għas-somma ta’ 41 miljun Ewro. Ma’ dis-somma jridu jiżdiedu 8 miljuni oħra f’bonuses u 3.6 miljun Ewro oħra f’commissions u ‘solidarity fees’ kif stipulat mill-FIFA.

Bremer iffirma kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus sat-30 ta’ Ġunju 2027. Hu se jkun qed jilbes il-flokk numru 3 ta’ Juventus.

Matthew Scerri