Zmien krucjali

Kif kulhadd jaf l-ewropa ghaddejja minn zmien partikolari hafna minhabba li ghaddej fir-Russja u l-Ukranja u dan jaffetwa kollox anka l-football fejn qed naraw timijiet Russi li ser jitilfu players minhabba sanzjonijiet tal-uefa u clubs ewropej bhal Chelsea li huma taht propjeta Russa jidher li gew affetwati hafna u dan jista jkun ta tibdila radikali fi zmien li gej ghal clubs Ewropej.

Izda nigu ghat-team taghna fejn bla dubju ghalkemm xorta bqajna b’football xejn spettakolari jidher li biz-zewg akkwisti li saru t-team jidher li aktar milli nghid issoda sab certu motivazzjoni li swiet hafna fl-ahhar perjodu.

Sfortunatament bhal ma jigrilna spiss kif jasal il-perjodu li tirritorna champions league nibdew insofru serje twila ta’ injuries ta’ players fondamentali u li jistaw ikunu decisivi. Zgur li players bhal Zakaria u dan l-ahhar wara wirjiet tajba hafna ta Mckennie zgur kienu jkunu fondamentali ghat-team.

Zgur li jekk navvanzaw aktar fl-Ewropa ikun gravi li nibqaw nitilfu aktar players ghaliex rajna li anka jekk ikollok materjal qawwi ta kwalita jista ma jkunx bizzejjed, rajna l-ezempju ta PSG din il-gimgha stess.

Kwistjoni ohra fil-kamp Juventin hija t-tigdid ta’ serje ta’ kuntratti li ha jiskadu fejn l-aktar li jispikka huwa dak ta’ Paolo Dybala fejn fl-opinjoni tieghi jidher car li gejja separazzjoni bejn Juventus u l-istess player ghaliex kieku l-affarijiet ma’ waslux sa hawn u ma hadux dan iz-zmien kollu. Il-club jidher li qabad is-sistema tithallas skond il prezenzi u skond il-prestazzjonijiet u ippermettuli nghid li naqbel ghaliex jidher illi certu players rabbew is-sadid u qeghdin iserhu fuq hlas qawwi li l-club difficilment isib bejgh taghhom.

Ghalhekk ma neskludix li minbarra Dybala jista jkun hemm aktar rjus li ser itiru. Kif dejjem ghidna hadt mhuwa akbar mil-club u l-messagg minn naha socjetarja jidher li huwa car hafna.

FORZA JUVE DEJJEM

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Marzu 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Marzu 2022

Prima Pagina Tuttosport 11/03/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 11/03/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 11/03/2022

 

Bħal-lum fil-passat (10 ta’ Marzu)

Filmat tassew antik li joħodna lura għall-1965 meta Juventus kienu impenjati kontra Lokomotiv Plovdiv fit-Tazza tal-Fieri, l-antenata tat-Tazza Uefa.

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (10 ta’ Marzu 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum l-10 ta’ Marzu 2022

Prima Pagina Tuttosport 10/03/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 10/03/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 10/03/2022

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (9 ta’ Marzu 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum id-9 ta’ Marzu 2022

Prima Pagina Tuttosport 09/03/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 09/03/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 09/03/2022

Awguri lin-nisa!

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club DOC ‘Vero Amore’ (Malta 1975) jixtiequ jawguraw il-festa t-tajba lin-nisa kollha membri, lis-supporters femminili ta’ Juventus u lin-nisa/ommijiet tal-membri tagħna. Awguri mill-qalb!

 

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (8 ta’ Marzu 2022)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum it-8 ta’ Marzu 2022

Prima Pagina Tuttosport 08/03/2022

Prima Pagina La Gazzetta dello Sport 08/03/2022

Prima Pagina Corriere dello Sport 08/03/2022

 

Insellmu l-memorja ta’ Sandra Shields

Il-President u l-Kumitat tal-Juventus Club Vero Amore (Malta 1975) jixtiequ jibagħtu, f’isem anki l-membri tal-Club, il-kondoljanzi lis-Segretarju tal-Club u l-familja tiegħu għat-telfa tal-għażiża Sandra Shields. Sandra kienet persuna li żgur hi għal qalb dawk kollha li jattendu l-premises tal-Club tagħna. Flimkien ma’ Joe u l-familja tagħha kienet tkun preżenti għal kull partita ta’ Juventus. Kienet mara eżemplari, ferriħija, b’qalb tajba u dejjem lesta tgħin lil dak li jkun. Kif dejjem għidna l-Club tagħna hu l-ewwel u qabel kollox familja u llum tlifna pilastru tal-familja tagħna. Ilna nafuha snin u se nibqgħu niftakruha għal dejjem għat-tbissima tagħha, għall-valuri li kienet tħaddan u li kienet tiġġieled għalihom b’qalba kollha imma mingħajr arroganza. Se nibqgħu niftakruha fuq kollox għax kienet mara tal-familja u żgur li għal ħafna minnha kull meta se niftakru fiha se nġibuha quddiem għajnejna mdawra b’żewġha Joe, it-tfal u l-bqija tal-familja.

Agħtiha, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.