L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (11 ta’ Lulju 2022)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-11 ta’ Lulju 2022









Angel Di Maria se jkun qed jilbes il-flokk numru 22 ta’ Juventus. Hu spjega li: “Dan-numru lbistu ma’ iReal Madrid u jfakkarni fir-rebħ taċ-Champions League. Naf li Juventus iridu jiġġieldu dejjem għar-rebħ taċ-Champions League. Ma kien hemm ħadd li kellu dan-numru u ħadtu. Se nilbsu fuq il-flokk abjad u iswed li huma l-kuluri li marti tħobb. It-22 hi anki l-ġurnata li fiha twieldet binti l-kbira.”
Matthew Scerri



Illum hi l-Pogba Day. Il-midfielder Franċiż wasal Turin tard waranofsinhar ilbieraħ u diġà żar il-Continassa. Illum se jkun fil-JMedical għat-testijiet mediċi tas-soltu u wara jiffirma l-kuntratt ma’ Juventus. Illejla stess se jkun imħabbar uffiċjalment bħala plejer ġdid ta’ Juventus.
Matthew Scerri
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu, Angel Di Maria wasal fil-JMedical għat-testijiet mediċi. Hu stab tistennieh folla mdaqqsa ta’ supporters Juventini li laqgħuh b’mod mill-isbaħ. L-entużjażmu tas-supporters Bianconeri hu tassew mogħla s-smewwiet hekk kif bejn illum u għada Di Maria u Pogba se jkunu qed jiffirmaw ma’ Juventus.
Matthew Scerri
Angel Di Maria wasal Turin b’titjira privata għall-ħabta tal-10.38 p.m. tal-lejl li għadda. Dalgħodu hu se jkun qed jagħmel it-testijiet mediċi fil-JMedical u wara jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus għal dis-sena.
Intant illejla mistenni jasal Pogba Turin biex anki hu għada jkun jista’ jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt li se jorbtu ma’ Juventus.
Żewġ akkwisti kbar, li ma swew xejn lil Juventus, u li konvinti li se jgħollu sew il-valur tekniku-tattiku tat-tim immexxi minn Allegri.
Matthew Scerri


