FALLIMENT TOTALI

Kont ser nistenna aktar hin jghaddi qabel nikteb dan l-artiklu izda bhal ma’ jaghmel kulhadd stennejt li nibred ftit u kont attent nistenna xi stqarrija minn naha tas-socjeta izda kif dhalt fil-gazzetti nara l-ewwel kumment ta’ Giuntoli u rajt li hu konvint li ser nohorgu minn dan il-mument flimkien ma’ Thiago Motta u qamitli xaghri u x’ghidt dak il-hin ma’ nistax nghidilkom hawnhekk.

Xi trid tghid fuq il-partita? Umiljanti bhal gimgha ilu, issa spiccaw l-iskuzi tal-loghob ta’ l-Ewropa u mhux talli hekk talli Fiorentina ghadom kif laghbu l-Hamis u grew ghaxar darbiet aktar minna. Bhas-soltu rajna l-istess sistema jekk tista issejhila sistema! L-istess atitudni u l-istess zbalji banali ta’ players mhux denji li jilbsu dan il-flokk minn barra xeba players bhas-soltu barra minn postom u l-istess tghaffig tekniku.

Li kien ghalijja Thiago Motta lanqas biss dahal fid-dressing room fil-mistrieh u nixtieq nkun naf x’qal u kif kellu l-wicc jkellem il-players. U filfatt ir-rizultat rajnieh ghax komplew kinsuna u umiljawna bl-ex players Fagioli u Kean protagonisti assoluti biex tara kemm l-ambjent Juventin bhalissa x’negattivita tezisti go fih.

Dan il-progett falla bil-kbir u ser jiswina miljuni kbar ta’ telf ghax ghandna xorti nigu s-sitt post ahseb u ara ma’ l-ewwel erba! Imma jien nistaqsi possibli hadt ma’ fadallu rgulija u jirrezenja ghaliex Thiago Motta possibli mhux jara li ma’ ghandu xejn aktar x’joffri u li tilef il-kontroll totalment. Possibli l-flus saru daqshekk kollox ghal kull individwu?

Inkredibli r-ras iebsa li ghandu dan il-bniedem li wara l-ewwel taqsima dizastruza jibqa bl-istess hdax u ma’ jazzardax jilghab b’zewg attakanti u minflok qaghad jibdel difensur ma’ iehor apparti injury wara iehor basta konna nwahhlu fit-training ta’ qablu!

Izda dan il-frakass responsabbli tieghu mhux Thiago Motta biss izda hafna u hafna aktar il-fuq minn Giuntoli sa fuq nett fejn ghandna persuna inkapaci u indecenti li mil-Juventus ma’ jinteressah prattikament xejn u li kull fejn imiss is-sur John Elkann dizastru totali!! Bilhaq success id-debutt ta’ Hamilton u l-Ferrari!! Ghax diga qeghdin bit-tromba jfittxu lil Mclaren!!

Naghlaq billi nghid sakemm qed nikteb ghada ma’ waslet l-ebda ahbar ta’ tkeccija jew rizenja! Izda wara t-tkeccija jew rizenja hemm izjed haxix hazin x’jitqaccat u nieqaf hawn.

FORZA JUVE DEJJEM SA L-ahhar nifs.

UMILJANTI

Illum qieghed nikteb dan l-atiklu u naqsam l-opinjoni tieghi maghkom b’rispett lejn shabna il-membri tal-kumitat li jtuni din l-opportunita u b’rispett lejkom hbieb Juventini ta’ vera ghaliex illum wara umiljazzjoni bhal dik mhux biss difficli ssib il-kliem izda dan it-tim u dawn il-players haqqom silenzju u vojt kbir u xejn aktar.

Minn fejn ser naqbad nibda onestament ma nafx, imma ha nipprova! Nibdew biex forsi nsib skuza jew xaqq ta’ dawl. Nibda nghid li sal-penalty moghti lil Atalanta ma’ konniex daqshekk hazin ghalkemm ma’ konniex xi perikoluzi imma konna ahjar fil-pusses u fir-ritmu. Izda bhal dejjem dan it-tim dejjem itik dik is-sensazzjoni ta’ fragilita u biza li ma l-inqas zball tpattih qares u hekk kien ghaliex il-penalty gie moghti mal-ewwel ara tal-gimgha l-ohra kontra Verona dak ma’ kienx ghax favurina imma x’nippretendu meta ahna lanqas nipprotestaw ma’ nafu wisq aktar b’socjeta mejta aktar mil-mejtin go cimiterju!

Izda nigu ghal dettalji ta’ din l-umiljazzjoni! Atalanta tawna lezzjoni mil-bidu sa l-ahhar, tattikament, fizikament, mentalment. Lanqas ideja hdejom ta’ xejn u umiljazzjoni ta’ vera ghaliex waqt il-partita meta bdejt nara l-atitudni tal-players taghna bdejt nisthi minni nnifsi. Idejat ta’ xejn minghajr ebda tattika u bhas-soltu ma’ naghtux zewg passes tajbin.

Izda nigi ghal idejat u ghal paroli li hareg minn go halqu Thiago Motta wara l-partita li ghadni sa issa ma’ nistax nifhem kif kellu l-wicc imur quddiem il-gurnalisti u flok talab skuza ta’ din il-wirja orribli ma’ kienx kapaci jmur ghand Giuntoli u jitfa r-rizenja tieghu. Minflok hareg b-erezija kbira li ghalmenu issa mhux ha jisma aktar il-kelma scudetto f’halqna u fil-media! Uzgur issa li ser jisma hija d-domanda fejn ser nigu mis-seba post l’isfel??

Disguztanti ta’ vera dan il-bniedem, huwa l-akbar responsabbli ta’ dan id-dizastru fejn f’dawn ix-xhur wera li ma’ ghandux l-icken ideja xi tfisser tikkowcja lil Juventus wisq aktar kif tikkowcja. Ergajna rajna ghazliet diskutibli bhal Yildiz li kellu problemi qabel il-partita u laghabu xorta biex lanqas deher hlief ghal zbalji banali u ma’ kienx kapaci f’loghba mportantissima bhal bierah jimmotiva lit-tim anzi gara bil-kontra biex probabli ramilna c-cans li nilghabu fic-champions league ta’ sena ohra.

Sa dalghodu sakemm qed nikteb dan l-artiklu Thiago Motta ghadu hemm f’postu bil-wicc tost kollu, nispera li mal hin ta’ illum itir u mieghu itir minn ghazlu u n-nies inutli li hemm fit-tmexxija li lanqas biss nafu x’jisimom u lanqas jinteressana!

Illum naghlaq hawn biex nzomm id-dinjita qabel nkun ikkukulurit aktar fi kliemi!

FORZA JUVE DEJJEM