L-EWWEL REBHA EWROPEJA
Tirritorna c-champions league u r-ritorn ta’ Juventus wara sena nuqqas sfurzat mill-ewropa wara dak li kien gara!
Ir-ritorn kien wiehed pozittiv hafna, personalment ili ma’ niehu pjacir nara lil Juventus jilghabu hekk zmien. Naturalment mhux kollox perfett izda jidher bic-car tibdil fil-mentalita, tibdil fil-players fejn qeghdin naraw kwalita specjalment mal-linji li konna hafna neqsin minnha dawn l-ahhar snin. Hafna players kellhom wirja tajba, nibda ezempju bi Pierre Kalulu li kellu loghba ta’ veteran qisu ilu snin jilghab ma’ Juventus, insemmi lil Koopmeiners li bla dubju ser ikun leader ta’ din l-iskwadra u ser itellana livell ghola fil-midfield. Kif nista ma’ nsemmix lil Locatelli li ukoll jidher li bilmod hiereg minn dalma tal-passat, u xi nghidu ghal Nico Gonzales u tidhqux bija izda waqt il-loghba bdejt nghid li qed jaghmel affarijiet li konna nippretendu minn di maria! Ma’ dawn hemm ohrajn ukoll li kellhom partita tajba.
Hasra li l-problema attakant ghada hemm u tidher li kompliet tiggrava ghaliex Vlahovic jidher li diga qed ihoss pressjoni li jrid jiskorja u lbierah rega falla bosta cansijiet u din hija problema ghaliex jidher car li l-player m’huwiex lucidu mentalment, nisperaw li l-futur jibdel dan l-andament.
Nigi ghal Yildiz li skorja gowl meraviljuz u kellu partita stupenda, protagonist tul il-loghba b’impenn u certezza kbira fil-loghob izda kif ktibt fil-passat saqajna ma’ l-art u nhallu lil Yildiz jikber gradwalment u nizbaljaw jekk naghmlu xi paraguni.
Nidhaq u nitbissem bil-media taljana li sa jumejn ilu PSV Eindhoven kienu tajbin daqs Real Madrid u Juventus riedu joqghodu attenti ghaliex rebhu 5 minn 5 fil-kampjonat taghhom, issa mil-bierah saru tim medjokri!!
Sinjal tajjeb, sinjal li ergajna qed indejqu lill-avversarji, sinjal li ma mmutu qatt u jafu! Ghalhekk issa koncentrazzjoni ghal kontra Napoli halli nippruvaw naghtu lezzjoni li restaurant ta’ 10 euro jista jitimak tajjeb u jtik lezzjoni daqs wiehed tal-100 euro!
FORZA JUVE DEJJEM
Għal min ma rax Juventus-PSV
Permezz ta’ filmati, ritratti u statistika meħuda minn internet nagħtu ħarsa lura lejn l-ewwel logħba tal-UEFA Champions League 2024-25 Juventus-PSV Eindhoven.
It-Tlieta 17 tá Settembru 2024
Turin – Allianz Stadium ħin: 18:45
JUVENTUS – PSV EINDHOVEN 3-1Gowls: 21′ Yildiz (J), 27′ McKennie (J), 52′ Gonzalez (J), 90+3′ Saibari (P)
Juventus: Di Gregorio; Kalulu, Bremer, Gatti (57′ Danilo), Cambiaso; McKennie (75′ Douglas Luiz), Locatelli (57′ K.Thuram); Gonzalez (69′ Weah), Koopmeiners, Yildiz (69′ Fagioli); Vlahovic
Kowċ: Thiago Motta
PSV Eindhoven: Drommel; Ledezma (86′ Nagalo), Flamingo, Boscagli, Dams (77′ Mauro Junior); Schouten, Veerman (62′ Saibari); Bakayoko, Til (62′ Lang), Tillman; De Jong (77′ Pepi)
Kowċ: Bosz
Referee: Alejandro Hernandez (Spagna)
Champions, per la Juve un esordio da favola: strapazzato il Psv
I bianconeri bagnano con un tris agli olandesi il ritorno in Champions: di Yildiz, McKennie e Nico Gonzalez le reti
Non poteva esserci debutto migliore per la Juventus, che festeggia il suo ritorno in Champions League sconfiggendo 3-1 quel Psv che era imbattuto in Eredivisie. Bravo Yildiz a sbloccare la gara al 21′ e bagnare il suo esordio in Champions con un gol, diventando il più giovane marcatore bianconero nel torneo e battendo Del Piero, poi le reti di McKennie (27′) e Nico Gonzalez (52′). Nel finale Saibari (93′) buca per la prima volta la difesa della Juve.
Champions, per la Juve un esordio da favola: strapazzato il Psv
L-ewwel diffikultajiet
Onestament din id-darba il-partita rajta l-hadd filghodu flok diretta habba ragunijiet personali, izda rajt u nista niggudika forsi b’aktar lucidita fl-analizi tieghi u fil-gudizzju.
Kif dejjem ktibt, li kien ser ikollna diffikultajiet kien car ghal hafna ragunijiet. Ma’ ninsewx li ghandna pratikament skwadra gdida fejn l-akkwisti kwazi saru fl-ahhar tal-mercato u ghalhekk zgur illi sakemm l-affarjiet jamalgamaw u tindera sistema u mentalita gdida mhux biss tattika izda anka f’sistemi ta’ training kien ser ikollna diffikultajiet.
Jibqa l-fatt kif dejjem ghidna kollha li partiti bhal ta’ Empoli hija partita li ghandek tirbaha jekk trid tikkompeti ta’ vera, izda din il-partita fl-opinjoni tieghi weriet dak li kont qed nistenna! Voldiri l-aktar fost l-ohrajn il-problema fl-attakk fejn konna nafu li ma’ ghandniex dak l-attakant li jisfrutta l-inqas okkazjoni u jiskorja, ma’ ghandniex dak l-attakant li jzomm il-ballun u jtella l-iskwadra. Dusan Vlahovic qieghed jikkonferma li mhux player kontinwu u jien nazzarda nerga nghid mhux ta’ certu livell, ghalmenu sa issa rega wera l-istess difetti tal-passat.
Nigi ghal Yildiz, li teknikament ma’ hemmx x’tiddiskuti izda ghandna prova ohra kemm ma’ rridux naghglu fl-opinjonijiet taghna u nqabbluh bil-holm ma’ xi Del Piero ghaliex jonqsu x’jaqdef, u ma’ ninsewxDel Piero fl-eta ta’ Yildiz fejn kien wasal diga! Izda konvint li ghad jasal ukoll.
Zgur li players bhal Koopmeiners u Nico Gonzales ser isiru aktar determinanti partita wara l-ohra ghaliex diga rajt u qrajt opinjonijiet terribli fuqom minn xi uhud minnha illi tiskanta diga bdejna nibku lil Allegri u sahansitra players bhal Kean li kollha rajna u ghidna li kien player mhux ta’ Juventus u x’kien ser isolvi kieku gie ikkonfermat, ghalhekk nikkalmaw naqra u xi uhud bhal ma’ bdew jaghglu fl-opinjonijiet fis-sajf issa ma’ jsallbux mal-ewwel lil kowc u l-players fejn ghadna wisq f’bidu ta’ progett u tela iebsa.
Din il-gimgha nirritornaw fl-ewropa fejn jixirqilna, fejn cahduna u serquwilna ghal sena u ghalhekk b’entusjazmu nibqghu vicin l-iskwadra u nkunu pozittivi li l-investiment li sar itina rizultat tajjeb matul l-istagun kollu.
FORZA JUVE DEJJEM
Riflessjoni dwar l-ewwel 4 logħbiet tal-kampjonat
Għaddew 4 logħbiet uffiċċjali mill-bidu ta’ dan l-istaġun fejn rajna zewg verzjonijiet ta’ tim favorit tagħna. Rajna 2 logħbiet ma’ Como u Verona fejn it-tim paxxina u inħolqu diversi ċansijiet ta’ goal fiz-zewġ logħbiet apparti li it-tim kien iktar konkret quddiem il-lasta u skurjajna fiz-zewg logħbiet total ta’ 6 goals. Imbad kellna il-verzjoni l-oħra fejn it-tim jidher ċar li kien taħt diffikulta li jesprimi ruħu fuq il-livell ta’ zewg logħbiet ta’ qabel. Ovvjament wieħed għandu ikun seren u nkun kuntenti li it-tim ma jilħaqx il-peak fizikament ġa minn issa għax ikun hemm problemi waqt l-istaġun biex izzomm ir-ritmu meħtieġ, biss jien xorta għandi ftit dizappunt fuq dawn l-aħħar 2 logħbiet milghubin kontra Empoli u Roma. Kien hemm ħafna dibattiti bejn supporters tat-tim tagħna fuq il-famuz ‘corto muso’ f’dawn l-aħħar snin. Jien b’xejn ma rrid nuri li qed inħoss nuqqas għat-tmexxija ta’ Massimiliano Allegri hawnhekk imma il famuz ‘corto muso’ u ir-riferiment għalih se nmissu fuq aspett kemmxejn differenti. Propju ghalhekk, mhux se nippretendi li kull logħba nirbhuha 3-0 u għalhekk kieku anki almenu meta tkun f’diffikulta’ taghmel l-essenzjali kontra timijiet inqas kwotati u tirbaħ imqar 1-0 u il-punti jidħlu xorta sakemm it-tim jilhaq perjodu ta’ forma li ma ibaghtix biex jirbaħ, rebħiet hekk imqanzhin jiksbu valur enormi!
F’dawn iz-zewg loghbiet fejn kien vizibbli li it-tim deher taħt diffikulta kemm minħabba li hemm wisq elementi ġodda li iridu jintegraw sewwa u forsi anki ftit diffikulta fizika minħabba diversi fatturi. U hawn se nqajjem punti li ħoloqli ħafna dizappunt – f’loghbiet bhal dawn fejn l-okkazjonijiet li tiskurja ikun inqas imqabblin ma’ loghbiet kontra Como u Verona, hemm trid toħrog ftit il-‘kattiverja’ ta’ centreforward – il-famuz ‘killer instict’ ta’centreforwards bħal meta kellna il-ċertu David Trezeguet quddiem il-lasta. Jien, fl-opinjoni tiegħi, Dusan Vlahovic, bla ebda dubju player li għandi hafna hope u aspettativi fuqu u naf li għandu teknika tajba biss pero’ nixtieq li jibda jikkonkretizza iktar specjalment f’loghbiet fejn it-tim ibati biex johloq iktar okkazjonijiet ta’ goal – u il-bieraħ kellu okkazjoni li jitfana fil-vantagg u ma ħadux. Ovvjament, jien vera napprezza u nammira kemm għandu attakament u ġenorizita u jissielet anki f’nofs il-grawnd, imma hemm bzonn li f’ċertu partiti fejn il-logħob ikun ftit bagħtut jieħu it-tim fuq spallejh u iwasslu ghal-rebħa anki imqanzha. Min jiftakar il-David Trezeguet fi zmien Capello jifhimni zgur ezatt x’qed nghid – f’ċertu logħbiet konna nirbħu mill-unika okkazjoni tajba quddiem il-lasta! Il-Ħadd it-Tajjeb lil-Juventini kollha ta’ din il-paġna u nittamaw li it-tim jittejjeb fil-prestazzjonijiet wara ix-xoghol kbir li ghamel Cristiano Giuntoli biex jarma skwadra b’saħħitha f’din il-kampanja akkwisti.
STQARRIJA MILL-KUMITAT
Filwaqt li l-kumitat japprezza u jinnota l-entuzjazmu taghkom il-membri li bi hgarkom qeghdin tissiehbu membri u taghzlu l-klabb taghna biex taqtgħu il-biljetti ghal partiti, xtaqna niċċaraw xi affarjiet.
Is-segretarjat tal-klabb qieghed hemmhekk biex naghmluha facli ghal min jixtieq jissieheb membru u b’hekk ikun qed jghin il-klabb ikompli l-hidma tieghu, kif ukoll ghal dawk il-membri li jixtiequ jaqtghu biljetti ghal partiti. Il-klabb joffri wkoll rati preferenzjali fuq il-concord hotel, liema booking jista jsir ukoll mill-uffiċċju taghna.
Is-segretarjat pero m’huwiex f’pozizzjoni li jghin individwali lil nies li jehtiegu ghajnuna fuq flights lejn u minn Turin, memberships ulterjuri mal-Juventus, stadium u Museum tours u kwalunkwe offerta li l-Juventus johorgu minn zmien ghal zmien.
Dan minhabba l-fatt li kull arranġament ta din ix-xorta jista jinbidel minn naha ta Juventus u l-klabb ma jixtieqx li jinzamm responsabbli f’każ li dan jigri. Il-kumitat ifakkar li l-membri kollha tieghu jahdmu fuq bazi volontarja u ghalhekk ghandu jigi rispettat il-hin taghhom waqt li qeghdin jaqdu dmirhom l-uffiċċju u waqt il-hin personali taghhom.
Grazzi