Bħal-lum fil-passat (11 tá Settembru 2011)

Il-partita mil-passat li se nfakkrukom llum biha ntlagħbet fil-11 tá Settembru 2011 fejn Juventus u Parma bdew l-impenji tagħhom fit-tieni ġurnata tal- kampjonat tal-futbol tas-Serie A 2011-12 (l-ewwel logħba kienet ġiet postiċipata minħabba strajk tal-plejers). Dan kollox seħħ fil -‘Juventus Stadium’  ġewwa Turin .

Din hija l-ewwel partita tas-Serie A li tintlagħbet fil-futuristiku Juventus Stadium . Hekk tibda l-ewwel sena ta’ Antonio Conte bħala kowċ tal-eroj tagħna, iżda ħadd ma jista’ joħlom x’se jkun l-epilogu ta’ dan l-istaġun.

Bal dubbju kien marċ trijonfali li dam tmienja u tletin logħba, kollha mingħajr il-mistħija tat-telfa. Min-naħa l-oħra hemm Parma li, friski mill-glorji tal -presidenza ta’ Calisto Tanzi  , qed jilagħbu kampjonat medjokri barra mill-pożizzjonijiet li jgħoddu.

Grazzi u komplu segwuna fuq
Is-sit tal-klabb tagħna

 

Kampjonat Serie A 2011-2012 – It-tieni ġurnata
Turin – Juventus Stadium
Il-Ħadd 11 ta’ Settembru 2011
JUVENTUS-PARMA 4-1
Skurjaw: Lichtsteiner 17, Pepe 58, Vidal 73, Marchisio C. 83, Giovinco penalty 90+2

Juventus : Buffon, Lichtsteiner, Barzagli, Chiellini, De Ceglie, Pepe (Krasic 71), Marchisio C., Pirlo, Giaccherini, Matri (Vucinic 57), Del Piero (Vidal 67)
Kowċ : Antonio Conte

Parma : Mirante, Zaccardo, Paletta, Lucarelli A., Rubin, Valiani, Morrone, Galloppa (Ze’ Eduardo 74), Modesto (Biabiany 62), Giovinco, Pelle’ (Floccari 65)
Kowċ : Franco Colomba

REFERE : Celi
Tkeċċa: De Ceglie 90+1 (Juventus)

 

 

 

Bħal-lum fil-passat (7 ta’ Settembru)

Fis-sena 1975, proprju bħal-lum, Juventus kienu lagħbu kontra Ternana fil-Coppa Italia. L-iskor finali kien ta’ 5-1 favur il-Bianconeri.

Bħal-lum fil-passat (6 ta’ Settembru)

Il-filmat tal-lum hu tassew antik u se joħodna għas-sena 1959 meta proprju bħal-lum Juventus għelbu lil Genoa 3-1 fis-SemiFinali tal-Coppa Italia.

Magħrufa aktar dati u ħinijet tal-logħbiet tas-Serie A

Wara li dan l-aħħar ġie magħruf li l-partita Empoli-Juventus (valida għar-rabá ġurnata) se tintgħlab nhar is-Sibt 14 ta’Settembru fis-18:00, issa ħarġu ukoll il-fixtures tal-logħbiet mill-ħames sat-13 -il ġurnata.

Hawn huma:

 

🏠 5 Ġurnata  Juventus-Napoli: Is-Sibt 21 ta’ Settembru, ħin 18.00

✈️ 6 Ġurnata   Genoa-Juventus: Is-Sibt 28 ta’Settembru,  18.00

🏠 7 Ġurnata   Juventus-Cagliari: Il-Ħadd 6 ta’ Ottubru, 12,30

🏠 8 Ġurnata   Juventus-Lazio: Is-Sibt 19 ta’ Ottubru, 20,45

✈️ 9 Ġurnata   Inter-Juventus: Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, 18.00

🏠 10 Ġurnata   Juventus-Parma: L-Erbgħa 30 ta’ Ottubru, 20.45

✈️ 11 Ġurnata   Udinese-Juventus: Is-Sibt 2 ta’ Novembru, 18.00

🏠 12 Ġurnata   Juventus-Torino: Is-Sibt 9 ta’Novembru,  20.45

✈️ 13 Ġurnata   Milan-Juventus: Is-Sibt 23 ta’ Novembru, 18.00

 

Filwaqt li nħeġġukom tidħlu membri magħna permezz ta’ din il-ħolqa

nistednukom tattendu l-klabb biex tassistu għal partiti f’atmosfera ferrieħa u juventina.

Bħal-lum fil-passat (4 tá Settembru 1994)

Il-partita mil-passat li se nfakkrukom llum biha ntlagħbet fl-4 tá Settembru 1994 fejn Brescia  u  Juventus  bdew l-impenji tagħhom fl- ewwel ġurnata tal- kampjonat tal-futbol tas-Serie A 1994-95   fil -grawnd ‘Mario Rigamonti’  fi Brescia .

Wara snin diffiċli u mingħajr suċċessi fil-kamp nazzjonali Juventus qed jippreparaw biex jirbħu t -tlieta u għoxrin kampjonat .

Brescia, min-naħa tagħhom, esperjenzaw kampjonat diżastruż u spiċċaw fl-aħħar pożizzjoni u kellhom jagħtu l-‘arrivederci‘ lis-Serie A.

Din il-logħba tagħti bidu lir-‘renju’ tal-kowċ Marcello Lippi li wara esperjenzi ma’ Atalanta u Napoli kien qed jibni tim storiku għat-tim tagħna. Din kienet biss l-ewwel tarġa lejn mixja li sa ftit snin wara kienet se ttellana sal-quċċata tad-dinja!

Grazzi u komplu segwuna fuq
Is-sit tal-klabb tagħna

 

 

Il-Ħadd 4 ta’ Settembru 1994 4.00pm
BRESCIA-JUVENTUS 1-1
SKURJAW : Conte A. 55, Schenardi 80

BRESCIA : Ballotta, Brunetti, Di Muri (Marangon 59), Mezzanotti, Baronchelli, Battistini S., Schenardi, Piovanelli, Neri, Lupu (Ambrosetti 56), Gallo
Kowċ: Mircea Lucescu

JUVENTUS : Peruzzi, Ferrara C., Torricelli, Fusi (Tacchinardi 46), Kohler, Marocchi (Carrera M. 71), Di Livio, Conte A., Vialli, Baggio R., Del Piero
Kowċ: Marcello Lippi

Referee: Braschi
Tkeċċa: Brunetti 85 (Brescia)