Dzeko: “Juve? Naraw wara l-partiti tal-Bożnija”

Fi tmiem Italja-Bożnija, il-ġurnalisti saqsew lil Dzeko dwar il-possibbiltà li jingħaqad ma’ Juventus. Hu ma riedx jikkummenta: “Bħalissa mhuwiex il-waqt li nitkellmu fuq trasferimenti. Irrid nirrispetta dal-partiti u lit-tim nazzjonali. Wara naraw.”

Matthew Scerri

L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (5 ta’ Settembru 2020)

Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum il-5 ta’ Settembru 2020.

Filmat: L-aqwa siltiet ta’ Italja-Bożnija 1-1

Perin reġa’ mar lura ma’ Genoa

Plejer ieħor li sellem temporanjament lil Juventus illum hu Mattia Perin. Kmieni waranofsinhar hu wasal fil-faċilitajiet sportivi ta’ Pegli, li huma l-headquarters ta’ Genoa. Hu ffirma kuntratt magħhom. Tajjeb infakkru li Perin ingħaqad għat-tieni sena ma’ Genoa b’self.

Matthew Scerri

Romero beda l-avventura tiegħu ma’ Atalanta

Cristian Romero llum kien Zigonia, il-headquarters ta’ Atalanta sabiex jibda l-avventura tiegħu magħhom. Qabel, aktar kmieni matul il-jum, Romero ffirma kuntratt ġdid ma’ Juventus qabel ingħaqad b’self ma’ Atalanta.

Matthew Scerri

Zenit jiċħdu li għandhom ftehim ma’ Khedira

Id-Direttur Ġenerali ta’ Zenit, Alexander Medvedev ċaħad b’mod assolut li l-klabb Russu jinsab f’taħdidiet ma’ Khedira. Skontu m’hemmx xejn vera u dawn huma biss qlajjiet li ġejjin mill-aġenti tal-plejer.

Matthew Scerri

Il-kowċ tal-Portugall: “L-injury ta’ Ronaldo ma tfiqx minnu f’jumejn-tlieta”

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Portugall, Fernando Santos tkellem dwar l-injury ta’ Ronaldo. Hu sostna li Ronaldo beda jħoss uġigħ u lbieraħ it-tobba ndunaw li kellu infezzjoni f’suba’ ta’ saqajh.  “Mhuwiex injury li tfieq minnu f’jumejn-tlieta,” qal Santos.

Matthew Scerri

Messi ħabbar li se jibqa’ ma’ Barcellona

Lionel Messi ħabbar li mhux se jitlaq lil Barcellona. Fi kliemu l-President kienu ilu jaf l-istaġun kollu li ried jitlaq peress li kien qed iħoss li wasal iż-żmien li jwarrab. Issa Barcellona qed jgħidulu li ma jistax jitlaq iktar b’xejn minħabba li klawżola kienet tiskadi fl-10 ta’ Ġunju. Messi żied anki li biex jitlaq lil Barcellona issa jrid isib klabb lest iħallas 700 miljun (li hu impossibbli) jew inkella jiftaħ battalja legali, imma hu ma jridx jieħu l-Qorti lill-klabb fejn qatta’ ħajtu. Għaldaqstant m’għandu ebda triq oħra ħlief li jibqa’ ma’ Barcellona u jagħti dak kollu li jista’ għall-ġid tat-tim.

Matthew Scerri

Ronaldo reġa’ ma ttrenjax mal-Portugall minħabba l-injury li sofra

Għat-tieni jum konsekuttiv, Cristiano Ronaldo ma ttrenjax ma’ sħabu tat-tim nazzjonali Portugiż. Jidher li hu għandu infjammazzjoni f’suba’ ta’ saqajh, infjammazzjoni li ġietu minħabba ferita infettata. Kważi żgur li hu mhux se jilagħab għada kontra l-Kroazja u hemm dubji kbar dwar kemm se jkun laħaq irkupra sa nhar it-Tlieta meta l-Portugall se jilagħbu kontra l-Iżvezja. Juventus huma mħassba minħabba dis-sitwazzjoni hekk kif Dybala għadu qed jirkupra mill-injury tiegħu. Jekk l-injury ta’ Ronaldo jieħu fit-tul, jaf sal-20 ta’ Settembru Pirlo ma jkollux aktar attakkanti ħlief Higuain (dejjem jekk se jibqa’ u dejjem jekk mhu se jinxtara attakkant ieħor).

Matthew Scerri