Filmat: Ronaldo mitlub jilbes il-maskra
Olha a responsabilidade, Robozão! Cristiano Ronaldo, que está na arquibancada, levou essa chamada aí por estar sem máscara. Todo mundo tem que usar para se proteger, não tem jeito! #NationsLeagueNoEI
— Esporte Interativo (de 🏠) (@Esp_Interativo) September 5, 2020
.
Portugal x Croácia é na TNT, no YouTube (https://t.co/6l1lXPRpGt) e no @EIPlus pic.twitter.com/nqpLl01nh6
Khedira ma jridx jaf
Sami Khedira qed ikompli jwebbes rasu u ma jridx jaf li jaċċetta ftehim ma’ Juventus biex ixolji l-kuntratt. Attwalment hu m’għandux offerti mingħand klabbs oħra u allura qed jibża’ li se jkollu jibqa’ wieqaf jew inkella ma jkunx iktar f’tim ta’ livell għoli. Jidher ukoll li Khedira jinsab konvint li jista’ jirbaħ il-fiduċja ta’ Pirlo. Il-problema tibqa’ dejjem l-ammont ta’ injuries li Khedira jkollu kull sena u li jħalluh barra mill-azzjoni għal parti kbira mill-istaġun.
Matthew Scerri
Douglas Costa b’messaġġ fuq Instagram
“Hard work.” Hekk kiteb Douglas Costa fuq Instagram. Jidher li hu jinsab motivat ferm li jkollu staġun tajjeb ma’ Juventus. Minn dak li nafu hu rkupra mill-injury li kellu u bħalissa jinsab lest biex jirbaħ post mal-ewwel ħdax ta’ Juventus għall-partita kontra Sampdoria.
Suarez-Juventus. Kollox miftiehem!
Fi Spanja qed jagħtu bħala ċert it-trasferiment ta’ Luis Suarez ma’ Juventus. Skont Marca l-ġimgħa d-dieħla se tkun il-waħda deċiżiva biex iseħħ dat-trasferiment. Il-Mundo Deportivo, imbagħad, qed tagħti d-dettalji tal-ftehim: kuntratt ta’ 3 snin b’paga ta’ 10 miljuni fis-sena. Barcellona se jingħataw somma żgħira flimkien ma’ bonuses (ftehim simili għat-trasferiment ta’ Rakitic ma’ Sevilla). L-avukati ta’ Suarez jinsabu għaddejjin bit-taħdidiet ma’ Barcellona u, kif għidna, f’temp ta’ ftit jiem jaf ikollna l-aħbar li ilna tant nistennew.
Matthew Scerri
Brescia interessati f’Frabotta
Brescia kkuntattjaw lil Juventus u talbuhom lil Gianluca Frabotta skont Tuttosport. Juventus. Min-naħa tagħhom lesti jikkunsidraw offerti għal self, biss mhumiex disposti jbigħuh peress li jemmnu fih u ma jridux jitilquh minn idejhom.
Matthew Scerri
L-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani (6 ta’ Settembru 2020)
Qed inwasslulkom l-ewwel paġni tal-gazzetti Taljani tal-isports tal-lum is-6 ta’ Settembru 2020.




Ronaldo ma lagħabx kontra l-Kroazja
Cristiano Ronaldo kellu jitlef il-partita tat-tim nazzjonali Portugiż kontra l-Kroazja. L-infezzjoni li għadndu f’siequ ma ħallitux jittrenja fl-aħħar jiem u b’konsegwenza t’hekk lanqas seta’ jilgħab fl-ewwel partita tal-Uefa Nations League.
Matthew Scerri






