GRAZZI MAX FIT-TAJJEB U ANQAS TAJJEB

Id-dinja hekk f’kollox u f’kull suggett, kultant l-affarijiet jintemmu bl-aktar mod ikrah u ftit denju tal-persuna li tkun involuta direttament.

Lil Allegri kritikajnih kollha kemm ahna nkluz jien u t-tmiem ikrah tieghu minn ma’ Juventus bla dubju halla toma ta’ dieqa anka fuq dawk li kritikawh bl-ahrax u kultant nghid minghajr rispett. Dan it-tmiem huwa sforz li l-habel tant ilu jiggebbed miz-zewg nahat li fl-ahhar kellu jintemm ghaliex Allegri sploda dak li tant ilu jgorr go fih u ghalkemm zbalja kemm fl-imgieba u kemm teknikament fejn prattikament wara sentejn wieqaf dan ma’ aggorna ruhu f’xejn u baqa bl-istess ideja ta’ snin ilu meta kellu players ta’ kwalita kbira li kienu jsolvu l-partiti f’sekondi u jghattu u jnessu prestazjonijiet mhux daqshekk tajba.

L-iskwadra ta’ din is-sena zgur li ma’ kelliex il-kwalita u kapacita ta’ dik ta’ snin ilu u nibqa nghid li dan l-istagun sar miraklu kbir li wasalna fejn wasalna. Li kellna bzonn ndawru l-pagna kienet cara daqs il-kristall izda hafna qed jinsew li Allegri huwa l-istess bniedem li s-sena l-ohra saqqaf wiccu ghal kollox, deher ghal socjeta inezistenti u kien dejjem minn ta’ quddiem biex iddefenda l-isem tal-Juventus u filfatt xorta gejna minn ta’ quddiem minkejja punti mnaqqsa u hsara kbira.

Grazzi lil Allegri ukoll ghaliex tul is-snin dahlet il-Juventinita fih bla dubju, ma’ ninsa qatt l-emozzjoni tieghu waqt l-innu tal-Juve qabel l-ahhar partita tieghu meta kien tnehha snin ilu u l-harsa tieghu lejn il-curva u lejn il-players tieghu jiccelebraw ma’ ninsija qatt bhala Juventin ghaliex f’dik il-harsa rajt mhabba, sodisfazzjon u fl-istess hin dieqa ta’ bniedem uman li jaf li zmienu kien intemm.

Konvint li ghal ahjar tal-Juventus u ta’ Allegri personalment hija l-ahjar soluzzjoni izda tmiem ma’ kellux jkun hekk mkecci bhala bniedem li bil-piz li zamm tul dawn ix-xhur u snin tilef il-kontroll u ntuzat sitwazzjoni biex jigi mkecci.

Izda naturalment akbar mil-club hadd, grazzi Max tat-tajjeb u anqas tajjeb, grazzi li hallejtna b’tazza ohra fil vetrina, nharsu l-quddiem u bhal dejjem…

FORZA JUVE DEJJEM

Bħal-lum fil-passat (17 ta’ Mejju)

Fis-17 ta’ Mejju 1995 Juventus lagħbu r-return match tal-Finali tat-Tazza Uefa.
Fl-ewwel partita Parma kienu għelbu lill-Bianconeri bl-iskor ta’ 1-0.
F’Milan umbagħad it-timijiet ġew draw 1-1. Dakinhar Gianluca Vialli kien skorja ġmiel ta’ gowl.

 

Staġun 1994-1995 – Coppa UEFA – Final, it-tieni leg
Milano – Stadio Giuseppe Meazza
L-Erbgħa 17 maggio 1995 ħin 20:30
JUVENTUS-PARMA 1-1
MARCATORI: Vialli 35, Baggio D. 53

JUVENTUS: Peruzzi, Ferrara C., Jarni, Torricelli, Porrini, Paulo Sousa, Di Livio (Carrera M. 82), Marocchi (Del Piero 75), Vialli, (c) Baggio R., Ravanelli.
Lesti biex jidħlu: Rampulla, Fusi, Tognon.
Kowċ: Lippi

PARMA: Bucci, Benarrivo (Mussi 46), Di Chiara (Castellini 81), Minotti, Susic, Fernando Couto, Fiore, Baggio D., Crippa, Zola, Asprilla.
Lesti biex jidħlu: Galli G., Branca, Brolin.
Kowċ: Scala

Referee: Van der Wijngaert (Belġju)
Karta Safra: Ravanelli 16, Vialli 43, Ferrara C. 63 (Juventus); Fernando Couto 2, Minotti 29, Crippa 47, Asprilla 72, Castellini 86 (Parma)

  • Logħba milgħuba ġo Stadio San Siro (Milan) minħabba deċiżjoni tas-soċjetá juventina li wara nuqqas ta’ ftehim bejn min jieħu ħsieb ir-riklamar tal-grawnd ‘delle Alpi’ ġo Turin u l-istess club bianconero.

 

TAZZA OHRA FIL-VETRINA

Il-futbol ghalhekk fih il-mumenti koroh u dawk sbieh u jissorprendik ukoll u nikkonfermaw dejjem li kull partita fiha l-istorja taghha.

Il-finali tal-coppa italia f’mument li konna missejna l-qiegh tal-qiegh fejn lanqas irbahna f’darna lil salernitana li kienu relegati diga, kullhadd inkluz jien qatt ma’ bsarna li ser naffrontaw din il-finali b’dan il-mod pozittiv u b’loghob u hegga li konna ilna ma’ naraw zmien.

Din il-partita tqajjmilna hafna u hafna domandi bhal mela fejn irridu nafu nilghabu bhal timijiet ohra? Mela fejn irridu nigru bhal haddiehor? Mela fejn irridu ghalkemm neqsin mil-kwalita kapaci nkunu dominanti u koncentrati? Allura nistaqsi x’setgha gara minn Jannar lil hawn biex krollaw l-affarijiet hekk f’daqqa wahda? Xi haga li ahna zgur m’ahniex ser inkunu nafu, kif f’din il-finali bosta players kienu totalment differenti bhal ezempju Vlahovic li jien tant kritikajt ghamel dak kollu li qatt prattikament ma’ ghamel u kien l-attakant li tant ghandna bzonn igib il-fawls u jtellana bil-ballun.

Anka tattikament konna perfetti man to man, linji maghluqin u kontrattakki veloci u filfatt morna fil-vantagg mal-ewwel. Ma’ nistax ma nsemmiex lil Allegri li kif ktibt fl-ahhar artiklu li nitkellem aktar il-quddiem fuqu u issa wasal dak il-mument. Nahseb hafna qed jistaqsu u issa???

Jien dejjem u ser nibqa jkolli rispett kbir lejn dan ir-ragel li ghalkemm nibqa nghid li zmienu mal-Juve wasal fi tmiemu, izda ahna kollha ghandna ghalfejn nirringrazjawh li ghalkemm dawn it-tlett snin ftit jew xejn ghamilna progress, dan ir-ragel nafu minn xhiex ghadda l-istagun l-iehor fej prattikament ghamilha ta’ kowc u ta’ dirigent b’tim mhux ta’ livell u b’socjeta mfarrka, ghamel zbalji? Hafna ukoll, aggorna ruhu tattikament? Le assolutament, fl- opinjoni tieghi baqa wisq konservattiv, izda ir-rizultat issa tah ragun ghax kull ma’ talbitu s-socjeta gabu, post fic-champions league li jfisser miljuni u issa waslet tazza ukoll. F’kelma wahda Max grazzi ta’kollox imma wasal zmien li ndawru l-pagna il-Juventus u inti personalment.

Naturalment bhalkom ferhan immens u dan is-success huwa mhux biss tazza ohra izda pedament ghal futur ghal aktar successi u tazzi.

Ahna dejjem hemm fit-tajjeb u l-hazin.

FORZA JUVE DEJJEM

Il-Coppa Italia numru 15

Flimkien nagħtu ħarsa ta’malajr lejn ir-rebħ tal-Coppa Italia Frecciarossa 2023-24.

Din kienet il-ħmistax -il darba li Juventus rebħu dan it-trofew.

 

Ruma Stadio Olimpico

15 ta’Mejju 2024 ħin 21.00

Atalanta-Juventus 0-1
Atalanta (3-4-1-2): Carnesecchi; Djimsiti, Hien (14′ st Scalvini), De Roon (20′ st Toloi); Zappacosta (14′ st Hateboer), Ederson, Pasalic (14′ st Miranchuk), Ruggeri; Koopmeiners; De Ketelaere (1′ st Touré), Lookman.
Kowċ: Gasperini
Juventus (3-5-2): Perin; Gatti, Bremer, Danilo; McKennie, Cambiaso (36′ st Weah), Nicolussi Caviglia (17′ st Miretti), Rabiot, Iling Jr; Chiesa (24′ st Yildiz), Vlahovic (36′ st Milik).
Kowċ: Allegri
Referee: Maresca
Skorja: 4′ Vlahovic (J)
Karta safra: Hien (A), Vlahovic (J), Djimsiti (A), Bremer (J), Toloi (A)

 

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

 

 

L-Aħħar Coppa Italia mirbuħa

 

Nagħtu ħarsa lura lejn id-19 ta’ Mejju 2021 meta Juventus ltaqaw kontra Atalanta ġol-Mapei Stadium ta’ Reggio Emilia fil-Finali tal-Coppa Italia TimVision Cup 2020-21.

Din il-logħba (milgħuba ġo granwnd b’attendenza baxxa minħabba ir-restrizzjonijiet tal-covid preżenti) kienet ekwilibrata u missilta sal-aħħar minuta.

Wara r-rebħa tas-Supercoppa Italiana ftit gimgħat qabel, il-kowċ juventin Andrea Pirlo irnexxilu b’hekk ‘jakkwista’ trofew ieħor fl-unika staġun tiegħu fuq il-bankina. Infatti dawn is-suċċessi ma kenux biżżejjed biex l-ex stilla ta’nofs il grawnd bianconero jżomm postu bħala trejner ta’Juventus.

 

Juventus rebħu l-Coppa Italia għall-14-il darba fl-istorja tagħhom.

Atalanta fl-Ewwel Taqsima wrew li huma għadma iebsa. Lagħbu aħjar fl-ewwel ħamsa u erbgħin minuta, imma biex inkunu għidna kollox kull tim li lagħab kontra Atalanta fl-aħħar sentejn bata. Juventus kienu intelliġenti biżżejjed biex għarfu jrażżnu l-qawwa ta’ Atalanta u marru fil-vantaġġ b’gowl mill-isbaħ ta’ Kulusevski. Atalanta komplew jippressaw sakemm kisbu d-draw ftit qabel l-intervall. Fit-Tieni Taqsima, imbagħad, Juventus ħadu f’idejhom il-partita u prattikament tfew lil Atalanta. Chiesa skurja l-gowl deċiżiv fir-rebħa mistħoqqha miksuba mill-Bianconeri.

ATALANTA-JUVENTUS 1-2

Skurjaw: Kulusevski (J), Malinovskyi (A), Chiesa (J)

Atalanta (3-4-1-2): Gollini; Toloi (Djimsiti), Romero, Palomino; Hateboer (Ilicic), De Roon, Freuler, Gosens (Miranchuk); Pessina (Pasalic); Malinovskyi (Muriel), Zapata. Kowċ: Gasperini.

Juventus (4-4-2): Buffon; Cuadrado, De Ligt, Chiellini, Danilo; McKennie, Bentancur, Rabiot, Chiesa (Dybala); Kulusevski (Bonucci), Ronaldo. Kowċ: Pirlo.

Referee: Massa.

Karti sofor: Chiellini (J), Malinovskyi (A). De Ligt (J), Romero (A), Freuler (A), De Roon (A), Ilicic (A)

Karta ħamra: Toloi (A).

 

 

Prev 1 of 1 Next
Prev 1 of 1 Next

LURA FIC-CHAMPIONS LEAGUE

Lura fic-champions league grazzi ghal rebha ta’ atalanta fuq roma. Minn naha taghna kellna mizerja ta’ loghba ohra fejn jekk kellna bzonn konferma dan it-tim, din l-iskwadra weriet kemm hi dghajfa mentalment u tattikament.

Lanqas fadal l-icken interess f’dawn il-players li issa ilhom xhur juru prestazzjonijiet mizerabli u nuqqas ta’ attakament lejn il-flokk u lejn miljuni ta’ sapporters. Illum nghid li kien miraklu li rritornajna fic-champions league ghaliex dan it-tim wera specjalment minn Jannar lil hawn li lanqas hu ta’ s-sitt post.

Li ilna nigu ddominati minn kulhadd drajna, issa letteralment kontrina kulhadd isir qisu real madrid jew xi tim stilla u xejn anqas kontra salernitana; tim li diga waqa matematikament u ahna li ridna 3 punti biex inserrhu mohhna mill-ewropa, lanqas biss tara ftit determinazzjoni jew bicca pjan ta’ loghba anzi gejna dominati anka minn bicca tim bhal salernitana.

Kif irnexxilna nidhlu champions league? Ma nafx! Li hu miraklu zgur, minn fejn gie dan il-miraklu ma’ nafx lanqas izda, li hu zgur huma dawn ir-ragunijiet; nirringrazzjaw lil Mulej li atalanta bdew hazin u tilfu hafna punti, nirringrazjaw lil Mulej li roma ma’ bidlux il-kowc qabel, nirringrazjaw lil Mulej li lazio ma’ bidlux lil kowc qabel ghaliex kollha minn mindu bidlu lil kowc, kollha gabu punti aktar minna u kollha kienu ahjar minnha.

Nibqa nghid u bil-kurzita kif titpaxxa tara timijiet fizikament bhal atalanta li ilhom stagun jilghabu 3 darbiet fil-gimgha u jibqaw b’dik l-intensita ta’ loghob bla waqfien, velocita immensa u kulhadd jghin lil xulxin. L-istess roma kontrina wara loghba jumejn qabel u grew it-triplu taghna. Id-determinazzjoni fil-players ta’ kulhadd u taghna hadd ma’ jrid il-ballun u kulhadd wieqaf, ergghu araw il-gowl ta’ salernitana fotokoppja tal-gowl kontra roma, marking bahh u kulhadd iccasat! Tghiduli l-kowc!! Uzgur naqbel 100% ghandu l-akbar responsabilta izda mhux biss, din l-iskwadra sopravalutata immens u ftit huma dawk li nsalva minnhom, nghoddom fuq id wahda il-bqija players medjokri u mudelli ta’ fost il-gimgha li lanqas kapaci jaghtu pass ta’ 2 metri.

Players minghajr personalita li jidhru li l-flokk ta’ Juventus la jifilhuh u lanqas jixirqilom, l-ewwel ma’ irridu nehilsu mill-primedonne bhal Rabiot ezempju, l-akbar mercenarju li ghandna fit-tim u mohhu biss fis-salarju bil-mummy thedded lis-socjeta! B’dan irridu nibnu?? B’Locatelli li lanqas kapaci jibni azzjoni? Bi Vlahovic li anqas ballun ma’ jzomm pero huwa l-akbar mudell u attur li ghandna fl-iskwadra? Imbaghad xi nghidu ghal players bhal Kean, Weah, Mckennie u l-bella kumpanija!

Is-socjeta?? Meta nghid is-socjeta qed nirreferi ghal propjeta biex kulhadd jifhimni. Ghaliex id-dirigenti ghadhom godda u issa forsi ser jibda x-xoghol vera taghhom. Izda kif u ghala din l-arroganza u nuqqas ta’ rispett lejn miljuni ta’ sapporters u wisq aktar lejn is-shareholders u lanqas l-icken stqarrija jew kelma ta’ wens li l-futur se jittiehdu decizjonijiet jew weghda li nkunu ahjar izda xejn dawn kulhadd numru ghalihom, is-sapporter qieghed biss biex nixorbulu flusu biss il-bqija oqghod f’postok u titkellimx. Ftit ta’ zmien ilu Francesco Calvo qal li l-Juventus hasra qeghdin Torin habba ragunijiet ekonomici u jien nghidlu irringrazzja lil Mulej li qeghdin Torin u mhux xi Ruma jew Napli ghax kieku ilkhom li gbartu sninkom minn fuq xi bankina! Ja socjeta u skwadra bla attributi! Ghax hekk intom u hekk gibtuna!

Imma bhal dejjem

FORZA JUVE FINO ALLA FINE