Chiesa lura fl-azzjoni nhar il-Ġimgħa?by Matthew Scerri
Nhar il-Ġimgħa hemm ċans tajjeb li nerġgħu naraw mill-ġdid lil Federico Chiesa fl-azzjoni bil-flokk ta’ Juventus wara li ilu nieqes minn Jannar minħabba injury serju li sofra f’irkoptu. Kontra Empoli hu mistenni li jkun mgħajjat għall-ewwel darba minn mindu saritlu l-operazzjoni u, jekk iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu, probabbli narawh jilgħab ftit minuti lejn tmiem il-partita. Chiesa ilu xhur jittrenja u jsegwi programm personalizzat. Fl-aħħar jiem kellu anqas l-opportunità li jqatta’ xi ħin jittrenja mal-bqija tat-tim Juventin.
Matthew Scerri