DETERMINATI U KONVINTIby Pierre Borg
F’dawn il-partiti ma’ timijiet bhal Lecce gharmejna vizibilju ta’ punti u mhux talli tlifna l-punti izda kienu jigu u minghajr biza ta’ xejn kienu jtuna lezzjonijiet ta’ futbol u nirriskjaw li anka lanqas punt ma’ konna niehdu.
Izda finalment qeghdin naraw determinazjoni u konvinzjoni gdida fil-players dawk l-istess players li hafna minnhom huma totalment differenti fl-attitudni u fil-loghob taghhom, insemmi lil Nico Gonzalez, insemmi lil Locatelli u lil Yildiz u f’din il-partita anka Koopmeiners kien hafna aktar konvincenti.
Konna superjuri u agressivi mil-bidu nett u mhux bhal passat dejjem bil-biza u minghajr sistema ta’ loghob ta’ xejn izda mal-ewwel urejna li dawn it-tlett punti ridnihom bis-sahha u hekk gara. Morna fil-vantagg fil-bidu tal-partita, xi haga li qatt ma’ grat dan l-istagun u bqajna agressivi kompatti u dominanti sakemm wasal it-tieni gowl minn azzjoni spettakolari b’one touch futbol sabih u jiffinalizza Yildiz li qed ikun aktar centrali fil-posizjoni tieghu.
L-unika riskju wasal fi tmiem il-partita hekk kif it-tim irrilassa xi ftit bejn ghaliex ghamilna partita nigru u forsi l-gheja ghamlet taghha u forsi mentalment inqtajna qabel mil-loghba xi haga li ma’ ghandix tigri ghax hasra kienet tkun wara partita bhal dik.
Ma’ nixtieqx nerga nitkellem fuq il-passat izda ma’ tistax ma’ tghidx kemm kellna ragun li l-affarijiet missom saru qabel u hafna aktar kmieni milli saru ghaliex jidher dejjem aktar car minn fejn kienu gejjin hafna mil-problemi u mhux nghid li konna ser nikkompetu ghal kampjonat izda zgur li konna ser inkunu aktar il-fuq fil-klassifika u forsi anka kwazi certi mill-ewropa. Izda sfortunatament is-socjeta stenniet aktar u inhela aktar hin u gharmejna aktar partiti u punti.
Importanti li dawn il-loghbiet li gejjin niehdu l-massimu minnhom sakemm jaslu l-loghbiet kontra Bologna u Lazio biex nkunu naffordjaw zewg rizultati minn tlieta. Nisperaw li nkomplu naghmlu progress u nikbru aktar fil-mentalita, konvint li Tudor zgur ser izomm dixxiplina fid-dressing room u koncentrazzjoni biex nibqaw ngibu aktar rizultati pozittivi fiz-zmien li gej.