Di Maria qatta’ parti mis-sessjoni tal-lum jitħarreġ ma’ sħabuby Matthew Scerri
Angel Di Maria ttrenja għal xi ħin illum mal-bqija ta’ sħabu, filwaqt li t-tieni parti tat-training qattagħha jittrenja waħdu. L-indikazzjonijiet huma li Di Maria x’aktarx se jkun mgħajjat għall-partita kontra l-eks tim tiegħu Benfica. Madankollu jista’ jagħti l-każ li Allegri jagħżel li ma jibdiex mill-ewwel minuta peress li ilu barra diversi ġimgħat apparti l-ftit minuti li lagħab kontra Spezia u Fiorentina fejn kien jidher li ma kienx f’sikktu.
Matthew Scerri