Direttur ta’ Manchester United jinsab Turin għal Rabiotby Matthew Scerri
Id-Direttur ta’ Manchester United, John Murtough jinsab Turin għal numru ta’ laqgħat sabiex il-klabb Ingliż jikseb is-servizzi ta’ Adrien Rabiot. Ilbieraħ hu kellu l-ewwel laqgħa ma’ Juventus, bil-partijiet ilhom li laħqu ftehim sabiex it-trasferiment iseħħ. Illum Murtough għandu jkollu laqgħa direttament mal-omm/aġent ta’ Rabiot bit-tama li jinstab ftehim mal-plejer innifsu. S’issa, milli nafu, Rabiot qed jitlob paga ta’ 10 miljuni fis-sena, somma li hi meqjusa għolja wisq min-naħa ta’ Manchester United. Il-partijiet se jkomplu jiddiskutu bejniethom bit-tama li jintlaħaq ftehim li jikkuntenta lil kulħadd.
Matthew Scerri