DISFATTAby Pierre Borg
Il-mera ta’ l-istagun! Bandla totali! Nitilghu ftit il-genna u nergaw ninzlu fl-infern malajr, partita wara success kbir fil-kampjonat, disfatta kbira fl-ewropa kontra tim iehor zaghazugh li werina kemm hija patetika l-iskuza taghna li ghax ghandna tim zaghzugh ghalhekk m’ahniex stabbli fir-rizultati u fil-wirjiet.
PSV urewna kemm ghadna lura f’kull sens tal-kelma, farkuna tattikament, kinsuna fizikament, xkupawna fil-kwalita! Din kienet disfatta u umiljazzjoni wara li rbahna lil Inter u hsibna li sirna xi Real Madrid. L-players ta’ PSV urewna kif ghandha tkun banju ta’ umilta mil-bidu sa l-ahhar b’determinazjoni, jafu xi jridu tattikament, isibu lil xulxin bl-amment u ahna rridu naghmluwa tal-Barcellona kollna tidwir tal-ballun u lanqas kapaci naghtu pass semplici fl-ebda hin.
Nixtieq ma’ nirrepetix l-istess diskors imma dan il-progett jidher li falla bil-kbir u bil-provi? Ghaliex? Materjal aktar mis-sena l-ohra hemm? Iva, qeghdin ahjar? Le, rajna tibdil fil-kwalita tal-loghob? Le, qed naraw dak li xtaqna u stennejna? Le, kuntenti bil-kowc u l-istaff tieghu? Le. Ghalhekk il-progett falla u kull skuza ma’ ghadiex valida.
Ergajna rajna tghaffiga shiha fil-formazzjoni fejn ma’ nistax nifhem ghaliex Thuram qed jibqa barra meta kontra l-fizicita ta’ PSV kellna tant bzonna. Rajna lil kowc li ghandna jidher car li jisma hafna mill-assistent tieghu ghaliex waqt il-gowl tad-dro deher car jghidlu biex issa ma’ jaghmilx it-tibdil li kien ha jaghmel u filfatt ma’ ghamilomx, ghamilom biss meta l -midfield krolla totalment u qlajna t-tieni gowl imbaghad ghamel it-tibdil.
Biex ma’ nkomplix nsib aktar hmerijiet li qed isiru nerga nghid ahna ma’ haqniex dan id-dizastru, sa l-ahhar ta’ l-istagun x’ser jigri ma nafx u kemm il skuza ser nsibu, imma personalment nahseb li Thiago Motta ma’ tantx ghandu hajja twila go Juventus ghaliex ghadu lanqas biss irrealizza fejn qieghed! Izda aktar minn Thiago Motta hemm hafna aktar min irid jerfa responsabbilta ta’ dan il-falliment totali.
Qabel naghlaq dan l-artiklu nixtieq nghid prosit lil federazzjoni Taljana u l-pajjizom ingenerali ta’ din il-figura ewropeja li ghamlu fejn prattikament kulhadd spicca barra. Dak huwa l-prodott tal-futbol Taljan imma l-aqwa li kultant inkissru u naqbdu mal-Juventus u jiehdu siegha pjacir!
FORZA JUVE DEJJEM