Diskrepanzi kbar fir-riżultati tal-iswab tests tat-tim ta’ Lazioby Aleandro Bartolo
Qed ikun irrapurtat li l-esperta mqabbda mill-Procura ta’ Avellino għaddiet ir-rapport dwar l-iswab tests tal-plejers, staff u membri tal-familja tal-plejers ta’ Lazio. L-iswab tests reġgħu ġew ipproċessati mill-isptar Moscati ta’ Avellino. Minn 95 swab test irriżulta li kien hemm 25 każ ta’ pożittività għall-Covid-19. Fis-6 ta’ Novembru li għadda mill-istess swab tests ipproċessati mil-laboratorju Futura Diagnostica, kien irriżulta li kien hemm 7 każi biss pożittivi. Hemm diskrepanza ta’ 18-il każ. Qed ikun ikkonfermat ukoll li qabel il-partita kontra Juventus, Immobile u Leiva kienu negattivi, filwaqt li Strakosha kien pożittiv (għal Futura Diagnostica però il-gowler kien negattiv ukoll!).
Matthew Scerri