Diżastru Naturaliby Pierre Borg
Ma’ hemmx bidu u lanqas tmiem ghal dan id-dizastru naturali. Dan mhux progett imma suwicidju naturali fejn la hemm bidu u lanqas tmiem.
Assistejna ghal umiljazzjoni ohra go darna fejn letteralment gejna umiljati u nghatajna lezzjoni tal-futbol kif ghandu jintlaghab u jkun. Minn naha taghna ma’ hemmx wisq xi nghidu, bhali kollha rajtu l-miljun formazzjoni differenti u b’konfuzjoni totali u lanqas biss ideja ta’ futbol ahseb u ara kemm qed naraw futbol sabih! Imma jghidulek trid taghti cans ta!!
Minn fejn ser nibda? Mis-socjeta? Nahseb l-ewwel ma’ ghandna bzonn huwa president! Nahseb warajh ergajna ghandna bzonn dirigent bis-serjeta! Imbaghad forsi nibdew nirragunaw. Gbajna naraw ghazliet redikoli bi players li jitnehhew meta jkollna bzonnom aktar ma’ nkunu msallbin. Issa kif kien mistenni waqaf Kalulu u konna qed nistennewa minn mument ghal iehor ghaliex ma’ strah prattikament qatt imma lil Danilo ma’ kellniex bzonnu ta.
Gbajna naraw akkwisti b’self tilqit ta’ timijiet ohra bhal tim provincali! Jidher car li Thiago Motta tilef il-kontroll u dressing room imma nahseb l-ghazla ser tkun li nibqghu nissawtu sa l-ahhar ta’ l-istagun. Rajna players li anqas aptit jilghabu ma’ ghandom, f’daqqa wahda Douglas Luiz sar ta’ l-ewwel hdax, 50 miljun u kopja ta’ Arthur!! Conceicao li fil-bidu deher stilla llum qed nisthajlu Krasic fl-aqwa tieghu! Ergajna rajna lil Weah minn attakant ghal fullback u hsibtu rega gie Allegri! Dak li kien kollu tort tieghu! Imsomma tghaffig galor.
Suppost li ghaddejna! Qed jghidu ghalmenu! Ghax ma’ nistax naqbad art! Pero jfisser li tawwalna l-agunija ghaliex hajja twila ma’ ghandniex u nistenna li jekk mhux ser jiccaqlaq xejn ntiru l-barra b’xi umiljazzjoni papali.
Nistenna bil-herqa l-iskuzi ta’ wara kull loghba imma nixtieq li jirxoxta quddiem il-cameras John Elkann ha nara x’ha jghid imma nahseb qieghed jiehu t-te ma’ Lewis Hamilton!
FORZA JUVE DEJJEM