DRO ACCETTABLIby Pierre Borg
Dro accettabli gewwa San Siro kontra Milan li jzommna tlett punti vantagg fuq Como u Roma. Din il-partita kienet perikoluza mmens ghaliex stajna ma’ hadna l-ebda punt minnha u konna naghtu aktar tama lil ta’ warajna.
Il-partita kif personalment stennejt kienet wahda ta’ studju lil xulxin u hadd mit-timijiet jekk jista jkun ma’ jirriskja xejn, ma’ ninsewx li Milan qeghdin biss tlett punti fuqna u kieku rbahnilom kienu anka huma jibqghu sa l-ahhar mumenti biex jakkwistaw post fic-champions league.
Minn naha taghna xorta personalment il-prestazzjoni ma’ dejqitnix, rajt it-tim jaf xi jrid, irriskja mill-inqas u kellna anka gowl mhassar ta’ Thuram. Ghal darb’oħra rajt progress f’dak li huwa karattru tat-tim. Hasra kemm inhela hin fil-bidu ta’ l-istagun ghaliex konvint li konna nkunu hafna aktar protagonisti f’dan il-kampjonat.
F’dan l-artiklu ma’ nistax ma’ nsemmix dak li qed jigri f’dawn l-ahhar sieghat fejn il-head tar-referees Rocchi jinsab ufficjalment indagat fuq frodi sportiva flimkien ma’ zewg ufficjali ohra tal-var u fl-opinjoni tieghi dan huwa biss il-bidu ghaliex l-affarijiet bdew jidhru wisq ovvji lil min irridu niffavorixxu! Izda milli qed nara diga hawn min qieghed jerga jaqla l-barra minn dan il-hmieg lil Inter jew ahjar l-angli tal-paci. Kieku kienu l-Juventus sa gimghatejn ohra kienu jkunu lesti l-akkuzi u diga nafu x’ser nehlu!
Hasra li l-futbol taljan miss mhux il-qiegh biss izda ta’ taht u taht tal-qiegh, kemm kien kliem tad-deheb kliem Antonio Giraudo 20 sena ilu, ahna ser inwarbu imma issa taraw il-vera hallelin li gejjin warajna! U z-zmien tah ragun bil-kbir.
FORZA JUVE DEJJEM

