Dro medjokri u fqirby Pierre Borg
Jiddispjacini li f’dawn l-ahhar artikli tieghi jkolli dejjem nesprimi d-dwejjaq tieghi li nara lit-tim li tant inhobb f’din is-sitwazzjoni medjokri u fqira minn kollox u nahseb illi bhali hawn ukoll hafna minnkom.
Ir-rizultat ta’ dro kontra Atalanta ma’ kien xejn hlief dro mirbuh u l-unika tim li prova jirbah kien hadd hlief Atalanta ghaliex ahna bhas soltu ma’ urejniex l-inqas hegga jew determinazzjoni li niksbu 3 punti minn din il-partita anzi nghid ukoll li kieku rebhulna Atalanta ma’ kienu jisirqu xejn.
Nipprova nsib mument li fih pruvajna jew konna ahjar mill-avversarji biex ma’ ninstemax negattiv izda jiddispjacini nghid kontra qalbi li ma jirnexxiliex. Bhas-soltu urejna faqar enormi f’nofs il-grawnd fejn qatt ma’ kellna l-inqas ballun mirbugh jew ballun indirizzat tajjeb lejn l-attakkanti. Hasra li fl-aktar loghba li stajna nsibu difiza avversarja pjuttost miftuha ma’ kellniex l-attakkanti taghna disponibbli kemm Vlahovic u kemm Milik ghaliex forsi ghalmenu konna nippruvaw nikkrejaw xi periklu.
Tassew ma’ nistax nifhem li ghad fadal minn ghadu jiddefendi din is-sitwazzjoni u jekk tikkritika qisek qieghed taghmel xi sagrilec u jtuk x’tifhem li inti xi imbecilli u huma l-professuri!
Nistaqsi x’hemm tajjeb fl-iskwadra? X’inhu jiffunzjona? Tattikament tahsbu li qeghdin tajjeb? Tahsbu li ghandna midfield ta’ kwalita? Tahsbu jew taraw min mill-players jipprova jiehu x’inizzjativa? Tahsbu u toghgobkom li dejjem inqasmu lura u hafna tidwir bil-ballun fil-vojt hija sistema tajba?Tahsbu li lanqas jekk ikollna l-aqwa attakkant tad-dinja bil-midfield li ghandna jibrilla maghna?
Jiena wiehed minn dawk illi fuq il-kwistjoni ta’ kowc dejjem kont moderat u dejjem l-ewwel nara x’jaqbel lit-tim u ghal stabilta fl-iskwadra u nemmen li bhalissa anka kieku hemm kowc iehor b’dawn il-players xorta jkollu l-problemi izda personalment nahseb li ghalmenu naraw sistema ta’ xi haga. Nistaqsi lili nnifsi imma dan x’jghidilom fil-halftime biex nohorgu reqdin aktar mill-ewwel taqsima? Dan kapaci jimmotiva naqra l-players? Il-players qeghdin isegwuh? Fost il-gimgha xi preparazzjoni naghmlu? Ghaliex kulhadd jigri aktar minna? Ghaliex player bhal Soule jghidlek illi ma’ Frosinone it-training aktar intensiv? Mhux inkwetanti dikjarazzjoni bhal din?
Nasal nghid illi dan lanqas kapaci jazzarda mossa biex jipprova jibdel partita, ezempju ghaliex flok Kean fl-ahhar ftit ma’ pruvax lil Weah aktar offensiv biex jisfrutta l-velocita tieghu? Ghaliex mhux Yildiz fl-ahhar tal partita flok Rabiot wara l-attakkanti forsi jasal ballun sew bil-kwalita tieghu? Izda le dejjem l-istess tibdil l-istess mossi prevedibbli ta’ kull partita kontra kull avversarju.
Inutli nkompli ghaliex la hemm bidu u lanqas tmiem, nerga nghid illi b’dan il materjal mal-ewwel bsart li niddubita jekk ahniex ta’ raba post izda xejn ma’ jnehhi l-fatt illi l-kowc huwa ukoll responsabbli ta’ dan kollu inutli noqghodu naraw ix-xenegati waqt il-loghba ghaliex jidher illi li trid mil-iskwadra mhuwiex jasal u la qieghed diga tiddikjara li m’ahniex skwadra li tista tirbah missek kont ragel u lis-socjeta kont tghidila li b’dan il-materjal m’intx ha tasal u twarrab izda kif qal Kristu ser nohloq xi haga ghezez minni……il-flus!
FORZA JUVE DEJJEM