Dro qabel il-waqfaby Pierre Borg
Onestament xtaqt qabel il-waqfa gibna it-tielet rebha izda kif konna ghidna, l-avversarji dejjem ikunu iebsin aktar u Roma ghalkemm kellhom bidu ta’ stagun xejn tajjeb zgur li huma hafna aqwa minn Como u Verona.
Kellna partita fejn fl-ewwel taqsima fl-opinjoni tieghi ma’ konniex wisq agressivi u brillanti bhaz-zewg loghbiet ta’ qabel. Fil-bidu naturalment studjajna l-avversarji fejn kienu aktar agressivi minna u kompatti, De Rossi deher car li ghalqilna prattikament kull parti tal-pitch specjalment il-linji fejn kellna marking strett fuq Yildiz u Mbangula. Cabal u Cambiaso qatt ma’ azzardaw jippuntaw jaqbzu l-avversarju taghhom, jiehdu xi riskju u jitfghu xi cross.
L-unika okkazjoni li kellna fl-ewwel taqsima kien xutt ta’ Vlahovic minn l-uniku cross fil-baxx li wasal b’save tajjeb tal-gowler ta’ Roma.
Fit-tieni taqsima Motta ddecieda li jaghmel zewg tibdiliet mil-bidu u dahhal iz-zewg akkwisti l-godda Koopmeiners u Conceicao u d-differenza fil-kwalita deheret mal-ewwel, il-heffa tal-portugiz u l-kwalita ta’ Koopmeiners kienet evidenti u ghalkemm ma’ konniex xi perikoluzi xorta ghalmenu konna aktar fuq Roma u aktar incisivi, aktar tard Douglas Luiz kompla jzid il-kwalita fil-midfield. Dizappuntanti kien l-attakant taghna Vlahovic illi bhal hafna drabi rega kellu wahda minn dawk il-granet li ma’ jikkontrollax ballun u ma’ kien xejn ta’ ghajnuna lit-tim. Izda xorta nghid li kif inqala fl-ahhar minuti tal-loghba tlifna totalment l-attakk u Roma bdew gejjin fuqna u l-ahhar 10 minuti tal-partita kienu fuqna, ghalkemm il-pusess tul il-partita kollha inqasam 50% bejn iz-zewg timijiet. Xhieda ta’ kemm il-partita kienet maghluqa u z-zewg timijiet ma’ fdawx lil xulxin.
L-ewwel punti mitlufin izda dan konna nafuh illi diffikultajiet ser ikun hemm specjalment meta hafna players godda waslu fl-ahhar jiem tal-mercato u ghalhekk iridu zmien biex jissetiljaw. Ghalhekk nghozzu din il-waqfa biex min ma’ jmurx man-nazzjonal jittrenja mat-tim u l-istaff tal-kowc biex nkomplu f’dan il-bidu pozittiv.
Sakemm tasal il-partita li jmiss,
FORZA JUVE DEJJEM