Dro Sfortunatby Pierre Borg
Dan id-dro mil-partita kontra Roma ghalkemm punt importanti xorta lili personali hallili toghma ftit qarsa ghaliex il-mod kif laghbna u morna anka fil-vantagg stajna hadna t-tlett punti u ma’ konna nisirqu assolutament xejn.
Nahseb fl-ewwel taqsima konna superjuri aktar minn Roma u prattikament konna fil-kontroll tal-loghba, x’differenza ta’ loghba u x’differenza ta’ mentalita fil-players! Kulhadd f’postu, kulhadd jikkopera u jaf x’ghandu jaghmel, nibki z-zmien u l-hin li tlifna u konvint li kieku qeghdin aktar il-fuq fil-klassifika.
Hasra li wiehed mid-difetti li ghad fadal huwa n-nuqqas ta’ koncentrazzjoni fis-set pieces fejn fil-gowl tad-dro tar-Roma ergajna rajna loose marking u l-uniku zball f’partita shiha ta’ Kalulu. Qed naraw passes aktar vertikali u nfittxu aktar lil attakkanti, rajna lil Nico Gonzales ghalkemm xi ftit traskurat fil-passes zgur li qieghed hafna u hafna ahjar mil-passat.
L-unika deluzjoni tal-partita fl-opinjoni tieghi kien Dusan Vlahovic illi wara partita qalbiena kontra Genoa ergajna rajnieh maqtugh mil-loghba u traskurat immens, ma’ jzommx ballun wiehed! L-iskuzi kollha ghal dan il-player spiccaw.
Konvint milli qed nara li ser inkomplu naghmlu progress ghaliex il-volonta fil-players hekk tidher u konvint li Tudor diga bidel hafna l-mentalita u nehha l-hafna apatija li kien hemm fl-ambjent Juventin.
Gejjin 3 partiti kontra Lecce, Monza, u Bologna. Mument assolutament krucjali minn ta’ l-anqas irridu mqarr 7 punti minn tlett partiti li gejjin ghaliex hemm hafna skontri diretti li jistaw jiffavuruna u ma’ naffordjawx zelqiet.
Importanti li Tudor izomm din id-determinazzjoni u koncentrazjoni fil-players, jien konvint li probabilment jirnexxilu.
Sadanittant
FORZA JUVE DEJJEM