DRO XOTTby Pierre Borg
Jekk tistaqsuni jekk hux kuntent b’dan id-dro nwegibkom lanqas xejn meta affrontajna tim b’ta’ lanqas 8 players nieqsa u il-mod kif interpretajna il-loghba.
Fl-opinjoni tieghi rajt kwazi mgieba li specjalment fit-tieni taqsima konna kuntenti bid-dro! Kif qed tinnutaw illum bdejt bil-kontra ghax bdejt mit-tieni taqsima ghaliex vera dizappuntat, minn wara l-penalty emmint li ser ngibu rizultat massimu izda mhux talli it-tlett punti ma’ waslux talli ergajna ghamilna kwazi 30 minuta nilghabu minghajr attakant fil-kaxxa li kull meta bdejna naghmlu kontratakk u nikrossjaw beda jkollna nikrossjaw dejjem lura! Ma’ nistax nifhem din il-mossa ta’ Motta li ghar-raba darba dan l-istagun jaqla lil Vlahovic u nserrhu d-difizi avversarji. Jekk hawn xi hadd li jikritika bil-kbir lil Vlahovic huwa jien izda bhalissa fis-sitwazjoni li qeghdin ma’ tistax taqalaw ghax ma’ ghandniex attakanti tal-kaxxa ohrajn biex hlejna 30 minuta u armejna partita. Jekk Motta qed jahseb li ghandu l-Barcellona f’idejh u jista jilghab bla attakant centrali sejjer zball kbir.
Kellna l-ewwel taqsima li ma’ konniex hazin ghaliex stennejt li Lille ser jippresawna aktar izda ma’ kienx hekk u kellna anka 2 gowls mhassra izda ma’ l-ewwel harba ta’ Lille fejn Cabal li kellu loghba hazina mmens ma’ kienx kapaci jwaqqaf lil left wing li stordih tul il-partita kollha. Gennu kemm fid-dribbling u kemm fil-heffa. Cabal irid jaghmel hafna aktar minn hekk, donnu ma’ nistawx insibu full back tajjeb mal-linja kollha ta’ personalita u tajjeb tattikament.
Personalment ghadni mhux nara dik id-determinazjoni fl-ewropa, dik l-agressivita u heffa li naraw f’timijiet ohra bhal l-istess Lille mimlijin zaghzagh izda determinati u dixxiplinati. Izda kif dejjem nghidu irridu nistennew u niehdu pacenzja ghaliex dan it-tim ghad jonqsu biex jinbena kompletament u forsi jsib stabilta li sa issa zgur ghad ma’ ghandniex.
Ndawru l-pagna u nibdew nahsbu fid-derby, il-partita li jmiss ghaliex li hu zgur li rridu nigu ma’ l-ewwel erba fil-kampjonat biex dejjem jidhlu certa ammont ta’ flus fis-socjeta u ghalhekk zgur li ghandna bzonn serje ta’ rebhiet biex ntellaw l-punti u naslu ghat-tragward malajr kemm jista jkun.
FORZA JUVE DEJJEM