Dynamo Kiev-Juventus 0-2by Aleandro Bartolo
L-edizzjoni 2020/21 tal-Uefa Champions League ta’ Juventus bdiet fuq nota pożittiva b’rebħa kontra Dynamo Kiev u b’wirja ferm aħjar minn dak li rajna s’issa. Għal darba Pirlo beda b’tim li ma kienx żbilanċjat u mingħajr ħafna esperimenti żejda għal din il-fażi tal-istaġun. Rajna tim b’iktar grinta u ħeġġa li attakka mill-ewwel minuta. Għal sebgħin minuta l-partita kienet fil-kontroll sħiħ ta’ Juventus li apparti l-gowl ta’ Morata kellhom diversi okkażjonijiet ta’ gowl. Bħalma drajna fl-aħħar sentejn, Juventus fallew ħafna gowls u naqsu milli jagħlqu l-partita. Imbagħad, fl-aħħar għoxrin minuta meta daħlet sew l-għeja fit-tim Juventin, Dynamo tefgħu ftit tal-pressjoni fuq id-difiża Bianconera li baqgħet organizzata u għarfet tirreżisti għall-attakki tal-Ukrajni. It-tim irreżista sakemm finalment Morata sab ix-xibka mill-ġdid għal skor finali ta’ 0-2.
DYNAMO KIEV-JUVENTUS 0-2
Skurja: 2 Morata (J)
Dynamo Kiev (4-3-3): Buschan; Kedziora, Zabarnyi, Mykolenko, Karavaev (Popov); Buyalsky, Sydorchuk, Shaparenko; Tsigankov (Verbic), Supriaga, De Pena (Rodrigues). Kowċ: Lucescu.
Juventus (4-2-3-1): Szczesny; Cuadrado, Bonucci, Chiellini (Demiral), Danilo; Bentancur (Arthur), Rabiot; Kuluseveski (Dybala), Ramsey (Bernardeschi), Chiesa; Morata. Kowċ: Pirlo.
Referee: Hategan (Rom)
Karti sofor: Bentancur (J), Cuadrado (J), Demiral (J)
Matthew Scerri