Dzeko: “Kull sena jgħidu li se nitlaq”by zeronlg
Rai intervistaw lil Edin Dzeko li llejla se jilgħab kontra l-Italja. Hu qal: “Kull sena jgħidu li se nitlaq. Mhuwiex il-mument li nitkellmu dwar il-calciomercato. Ninsab ikkunċentrat fuq dawn il-partiti u wara naraw x’se jiġri.” Mistoqsi dwar il-possibbiltà li jilgħab ma’ Cristiano Ronaldo, Dzeko wieġeb: “Nista’ ngħid li għandi 34 sena. Ninsab tajjeb u jien kburi għal dan.”
Matthew Scerri