ELIMINAZZJONI SFORTUNATAby Pierre Borg
Partita mill-isbah dik li ghamilna u rajna kontra Galatasaray, personalment nahseb li kieku dan ir-round ma’ gharmejnihx letteralment l-ewwel partita away konna nghaddu minghajr ebda dubju.
Konna bil-kbir ahjar minn Galatasaray u ddominajna mill-bidu sa l-ahhar b’wirja generuza li meta tghixa direttament fl-istadium kif ghexnija jien u hafna shabi Maltin ohra rajna generozita u determinazjoni kbira mit-tim Juventin, flimkien mal-aqwa atmosferi li kien hemm fil-Juventus Stadium, b’sapport kbir mill-bidu sa l-ahhar.
Ftit konna nemmnu li ser nghaddu u konna nafu li ser tkun difficli hafna izda ftit ukoll konna nemmnu li ser naraw Juventus daqshekk determinata u konvinta li stajna ghamilniha. Mhux talli hekk, talli mal-gowls li skurjajna ergajna bhas-soltu tlifna hafna cansijiet fejn stajna kabbarna l-iskor. Klamorus il-gowl lest kemm titfaw fix xibka ta’ Zhegrova li ghalija kien it-turning point li bih gejna eliminati.
Ergajna ghamilna loghba kwazi shiha b’ghaxra min-nies u xorta bqajna tajjeb u niddominaw, ta’ min ifahhar il-wirja ta’ Federico Gatti. Generuz, leader, u jilghab ghal flok. Loghba ohra stupenda ta’ Mckennie li jilghab fejn jilghab itik qalbu. L-unika dizappunt is-soltu Jonathan David li ma’ nistax nifhem x’qieghed jaghmel go Juventus.
Naturalment din il-loghba hlitilna hafna u hafna energija fizika u mentali u nhar il-hadd gejja partita mportanti ghad-destin taghna ewropew is-sena d-diehla u zgur li mhux ser tkun facli kontra Roma.
Izda bhal dejjem
FORZA JUVE.

