FINO ALLA FINEby Pierre Borg
Hekk jghid il-motto taghna fino alla fine, sa l-ahhar u ma’ mmutu qatt u din kienet dik it-tipika loghba li taf li m’intix b’sahhtek daqs l-avversarju izda tibqa temmen fil-kapacijiet u fl-ghaqda tat-tim.
Naturalment kienet partita difficli ghalina, kollha nafu li dan l-istagun ghadna ma’ konniex sibna stabilita u li mahniex b’sahhitna daqs l-Inter izda kull loghba fiha storja u bid-determinazzjoni u xi ftit fortuna tasal ukoll.
Kellna l-ewwel ghoxrin minuta tal-partita fejn iz-zewg timijiet pratikkament studjaw lil xulxin u qisu hadd minnhom ma’ ried jiehu riskji zejda. Izda mal-hin l-Inter bdew jaghfsu hafna u ghalkemm kellna okkazjoni b’Nico Gonzales li tefa gholi, Inter kienu hafna aktar veloci u perikoluzi u bdew jaghmlulna hafna hsara fuq in-naha ta’ Savona fejn Dumphries pratikkament ghamel dak li ried sakemm Savona baqa fil-pitch. Biex inkunu onesti u ntuh beneficcju tad-dubju Savona qieghed jilghab b’ugiegh fil-groin li probabbli jopera ruhu fis-sajf.
Filfatt fit-tieni taqsima mad-dhul ta’ Cambiaso fuq dik il-linja hadna r-ruh u Dumphries ma’ ghaddiex darb’ohra anzi bilkemm qabez nofs grawnd. Inter infethu aktar u minn hemm bdejna nkunu aktar perikoluzi bil-kontrattaki fejn players bhal Conceicao u Weah u Kolo Muani bil-velocita taghhom bdew ikunu perikoluzi u filfatt wasal il-gowl li rebbahna l-partita minn azzjoni ta’ kontrattakk u minn mossa determinata u ta’ kwalita ta’ Kolo Muani li qassam lil Conceicao fejn tefghana f’dillirju ta’ ferh.
Minn hemm kien fadal kwarta loghob u bhali tafu kemm jistaw jigru affarijiet fi kwarta u kemm dan l-istagun gharmejna partiti pratikkament mirbuha fl-ahhar mumenti izda ghal kontra tas-soltu konna sodi u organizzati u nistghu nghidu li l-Inter sa tmiem il-partita ftit kienu perikoluzi.
Ma’ hemmx ghalfejn nirrepeti x’nixtiequ minn issa l-quddiem, xbajna nahsbu li ser jinbidel l-andament ta’ l-istagun u malajr tasal xi deluzjoni. Nisperaw li din id-darba tkun il-vera zvolta ta’ dan l-istagun biex nergghu nkunu protagonisti fl-ahhar parti tal-kampjonat u nigu minn ta’ quddiem kemm jista jkun.
Sadanittant bhal dejjem.
FORZA JUVE FINO ALLA FINE