FINO ALLA FINEby Pierre Borg
Sa l-ahhar nifs, sa l-ahhar qatra gharaq, sakemm Federico Gatti tefghana f’delirju ta’ ferh fl-ahhar minuta tal-partita.
Dan it-tim kieku thallina naqra bi kwietna l-isfortuna u kieku ma’ bqajniex bl-istess difetti ta’ traskuragni li ilna ngorru maghna mill-bidu, zgur li qeghdin hafna u hafna ahjar fil-klassifika. Wara partita drammatika fl-ewropa fejn rajna qalb kbira minn naha tal-players taghna kien imiss loghba difficli ohra barra minn darna go l-olimpico ta’ Ruma u zgur ma’ kinitx facli li nsibu s-sahha fizika u mentali biex naffrontaw avversarju li qabizna fil-klassifika b’erba punti li mhux facli tirkuprom.
Rega kellna partita tajba u sakemm morna minn taht b’gowl ta’ Wesley konna ghadna pratikament ma’ irriskjajna xejn izda bhal tul l-istagun kollu ma’ l-ewwel xutt gol-lasta naqalaw il-gowl mal-ewwel biex ghalaqna l-ewwel taqsima minn taht immeritatament.
Fit-tieni taqsima ergajna hrigna tajjeb u gibna dro b’gowl meraviljuz ta’ Conceicao li fl-ahhar tefa ballun gol-lasta! Izda bhas-soltu u bi traskuragni kbira minn corner hallejna inkredibilment ruxmata players ta’ Roma wahedom biex qlajna t-tieni gowl wara ftit minuti li gibna dro.
Minn hemm Roma sabu l -kuragg u ghafsuna aktar u Malen l-aqwa akkwist li sar f’Jannar ghalija personali tefa fix-xibka ghat-tielet darba biex minn hemm il-partita deheret mitlufa ghal kollox u b’Roma li ser jaharbu fil-klassifika.
Izda ghal darb’ohra l-players taghna bid-difetti kollha taghhom urew hegga u qalb kbira u t-tibdil ta’ Spalletti kienu decisivi fejn Boga naqqas il-margni ta’ l-iskor u tlett minuti fuq il-hin kien Gatti li salvalna l-partita minn cross ta’ Zhegrova.
B’dan id-dro Ggadna bit-tama li nirkupraw ir-raba post izda minn issa l-quddiem zgur li ghandna bzonn serje ta’ rebhiet kontinwi biex kif ifallu ta’ qabilna napprofitaw mis-sitwazzjoni mal-ewwel u dan zgur li irridu nibdewh mil-loghba li jmiss kontra Pisa.
Sadanittant bhal dejjem
FORZA JUVE

