Ftit ħsibijiet qabel il-partita tal-lejla Lazio vs Juventusby Massimo Grioli
Hekk kif fl-aħħar reġa wasal il-mument li nitkellmu fuq il-Juventus u l-istaġun wara dan il-waqfien tal-logħbiet internazzjonali, ninsab ftit preokkupat fuq l-effett li dejjem iħallu dawn il-logħbiet fuq l-iskwadra. Tibda jum wara jum timtela bi preokkupazzjoni fuq l-istat li se jirritornaw il-plejers lura minn man-Nazzjonali rispettivi tagħhom u jibdew ġejjin anki aħbarijiet xejn feliċi fuq injuries u muscle strains li jispiċċa jbatihom biss il-klabb. Bernardeschi diġa hemm prospett li ser idum 3 ġimgħat barra u Dybala sofra muscle strain li ser iżżommu milli jilgħab logħba ferm kruċjali llejla kontra il-Lazio u jista’ jkun li jitlef logħbiet oħra wara din. Mhux ser insemmi lil Ramsey li ormai għalija u anki jafu kif naħsibha ħbieb viċini tiegħi, nqisu bħala ex-plejer tal-Juventus u ninstab ħerqan li jasal il-mument li jitlaq il-Juventus. Nota apparti rigward Rabiot – li ukoll ma niddejjaq xejn narah jitlaq. Ma xi Juventini li naqsam ħsibijiet magħhom jgħidulek “imma Rabiot kieku intuh ċans u forsi mhux qed jilgħabu f’pożizzjoni tajba”. Naħseb issa xbajna narawh jimgħata ċans fuq ieħor, imma ma tana xejn konkret lura, ħlief f’xi mumenti rarissimi l’hawn u l’hemm! Meta tqis (Ramsey u Rabiot) x’paga għandhom wieħed jistaqsi kemm kienet worth it li ġġibhom. Qed jissemma Zakaria li naħseb ikun pedina validissima fil-midfield imma nispera li wara ħafna kliem it-trasferiment isir konkret.
Huwa fatt ċar li malli dejjem riesaq Jannar, meta nitkellem ma ħbieb Juventini, kulħadd jaqbel li fis-suq ta’ trasferimenti tax-xitwa iridu jsiru mossi għaqlin mid-diriġenza biex jissaħħaħ it-tim speċjalment biex tispera li tavvanza fiċ-Champions League. Qed jissemma r-ritorn ta’ Pogba li frankament naħseb li hu iktar possibbli isir f’Ġunju milli f’Jannar. Il-kwistjoni tat-tiġdid tal-kuntratt ta’ Dybala qegħda waħda mill-affarijiet ewlenin li qed jinkwetawni u ta’ qsim il-qalb anki għall-fatt ta’ kemm nammira it-talent straordinajru tiegħu. Dan id-dewmien kontinwu wara li tkun qrajt li wasslu viċin m’humiex affarijiet sbieħ meta tara li l-plejer minn Jannar jista jagħżel xi klabb ieħor u nafu sewwa li Jannar dalwaqt magħna. Nittama li jaslu x’imkien u jiffirma dan l-imbierek kuntratt. Ix-xewqa tiegħi wkoll hi li jekk il-klabb ma jaffordjax iġib plejers affermati almenu jiġbed lura mis-self il-Fagioli u anki Rovella u tagħti fiduċja lilhom. Qed joħroġ ukoll ċar kemm hemm bżonn ta’ striker li jiskurja b’regolarita’ wara li tlifna lil Ronaldo. Ma għandi xejn kontra li jibqa Morata imma li jkun l-istriker titolari tal-iskwadra storja oħra. Spiss waqt il-logħob tibda tgħid ‘imma daċ-ċans kif ma ġiex skurjat u l-ieħor anqas u l-ieħor inqas??’ – sakemm tirrealiżża li l-logħba setgħet ġiet mirbuħa faċilment u tispiċċa saħansitra titlef il-punti bi draw jew anki b’mod drastiku titlifha.
Nittama li naraw il-grinta lura llejla u naraw rebħa tal-iskwadra għax fil-league hemm bżonn nitilgħu ħafna minn fejn qegħdin – biss naf ukoll li mhux faċli, kemm għax qiegħed tilgħab away kontra Lazio li huma tim b’midfield tajjeb, u anki wara l-logħob ta’ Nazzjonali li normalment xejn ma jġibu ġid għax itellfu r-ritmu lill-iskwadra.
Tislijiet