Ftit kurżitajiet qabel il-logħba Malmoe vs Juventus

Massimo Grioli News Leave a Comment

Illum se tibda l-avventura tat-tim tagħna fiċ-Champions League 2021-22 kontra it-tim svediż ta’ Malmoe. Dan it-tim bħalissa qed jokkupa it-tielet pożizzjoni fil-league ta’ pajjiżu b’34 punti b’ distakk zgħir ta’ punti mill-quċċata tal-klassifika. Lagħbu sa issa 18 il-logħba fil-kampjonat minħabba li fl-Isvezja il-league jispiċċa f’Diċembru. Ma’ diffikultajiet oħra ghat-tim tagħna bħalissa fejn il-moral tal-iskwadra tagħna ma’ jistax ma jkunx baxx wara bidu ferm iebes fil-kampjonat b’punt biss miġbur minn 3 partiti, hemm din l-insidja li se nilgħabu ma’ tim li fiżikament iktar ippreparat minn tagħna. Inżid ukoll li bi tradizzjoni, timijiet Svediżi huma diffiċċli taffrontahom għax kapaċi mill-bidu tal-logħba jitfawlek il-logħba fuq aspett fiżiku biex jagħmlu tajjeb għad-differenza teknika meta jilgħabu ma’ timijiet iktar kwotati teknikament bħal ma hu it-tim Juventin. Hemm fattur li jista’ anke jirrendi il-logħba tal-llum ftit diffiċli – bħala kowċ għandhom lil Tomasson li jaf sew il-logħba tagħna minħabba li lagħab mal-Milan fil-passat kif ukoll dan it-tim Svediż għandhom mix ta’ plejers zgħar u strutturati fiżikament. Fost plejers li smajt u qrajt ftit fuqhom illum ghandhom l-attakkant Kroat Antonio Colak – statura fiżika imponenti u li skurja 5 mit-13 il-goal li skurjaw Malmoe fir-rounds ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League 2021-22.

Wara daqsxejn introduzzjoni tal-avversarju, ngħaddi fuq l-aspett li jinteressa lili u bosta partitarji Juventini f’din il-paġna. Il-bieraħ qrajna li d-diriġenti Nedved, Arrivabene u Cherubini marru jaraw is-sessjoni ta’ taħriġ tal-iskwadra bi preparazzjoni propju għall-partita tal-llum. Il-prospett hu li naraw Juventus b’formazzjoni ta’ 4-4-2 fejn hemm mistenni li jerġa jigi kkonfermat bħala goaler Szczesny, jerġgħu jirritornaw Alex Sandro, Danilo u De Ligt fid-difiża u b’nofs il-ground b’ritorn ta’ Bentancur u Cuadrado. Fl-attakk mistenni jerġa lura Dybala flimkien mal-konferma ta’ Morata. Bir-ritorn tal-plejers bħal Cuadrado, De Ligt u Dybala b’mod ewlieni huwa previst li xi tip ta’ titjib fil-fażi ta’ attakk għandna naraw, meta nqabblu mal-ewwel ħdax li bdew kontra Napoli. Wieħed jawgura li titjieb il-kondizzjoni fiżika ġenerali tat-tim tul id-90 minuta kif ukoll naraw logħob iktar proposittiv u vertikali lejn il-lasta avversarja. Żgur li bħall-lejla kien ikun utli ħafna Federico Chiesa, li bil-ħarbiet ta’ potenza fuq il-linji kien jaf joħloq iktar problemi lill-avversarji, biss jekk hu aħjar inħalluh jirkupra fiżikament tajjeb mill-injury ikun aħjar meta tikkunsidra kemm fadal impenji waqt l-istaġun.
Filwaqt li nsellmilkom nawgura bis-sħiħ li naraw l-ewwel rebħa tal-istaġun u nemmen li jekk tiġi llejla minħabba li tkun fl-iktar kompetizzjoni mportanti, taf taghti spinta ta’ moral ferm bżonnjuża anki in vista tal-logħba kbira tal-Ħadd kontra Milan.


FORZA RAGAZZI
Massimo

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *