Ftit tan-nifsby Pierre Borg
Ftit tan-nifs tant mistenni wara perjodu ikrah immens ghalina l-partitarji li tant nhobbu lil Juventus. Naturalment kif ktibt wara r-rebha kontra Bologna li ma’ narawx kbir u noholmu li l-problemi issolvew, xejn minn dan! Imma almenu waslu it-tlett punti u rajt ftit izjed konvinzjoni minn certu players. Ghalkemm xorta bqajna b’loghba li m’hiex veloci u sistema ftit tara, rajt aktar pressing f’kull zona tal-grawnd ghalkemm xorta bqajna niddefendu wisq baxxi u f’xi mumenti hallejna wisq lit-torino jippenetraw il-midfield facilment.
Kien hemm players li kellom wirja posittiva bhal Danilo u Rabiot u anka Alex Sandro f’daqqa wahda rega rxoxta! Tghid induna li ser jiskadilu l-kuntratt?!
Kien hemm players bhal Cuadrado li qed narah tilef kull motivazzjoni u aptit li jilghab ghal Juventus, kellu l-ewwel taqsima wisq hazina bi tqassim hazin u anka nqbadna kemm il-darba b’kontrattakki minhabba zbalji tieghu.
Locatelli li ghalkemm ma’ kellux loghba daqshekk hazina ma’ tax pass tajjeb f’loghba shiha, narah player illi huwa wisq timidu u ma’ jiehux l-inizjattiva li jerfa certu responsabilta fil-grawnd, meta niftakar li ghalih hallasna mal-35 miljun nahseb li ma’ kienx investiment ghaqli.
Minn hawn il-quddiem irridu niehdu l-pozittiv li hareg mid-derby, il-players jibqaw koncentrati u ma’ jahsbux li sirna xi haga ghaliex kif gara fil-passat malajr naghmlu mitt pass lura. Kif dejjem nghid importanti li sal-waqfa nkunu mwahhlin ma’ ta’ fuq ghaliex minn Jannar jibda kampjonat iehor li jista jaqleb l-andament tal-istagun.
FORZA JUVE DEJJEM.