FTIT TAN-NIFSby Pierre Borg
Ir-rebha meritata kontra udinese tatna ftit tan-nifs u naqra moral ghalkemm xorta soffrejna ghaliex bhas-soltu ma’ l-anqas zball nigu kastigati mal-ewwel.
Wara t-tkeccija ta’ Tudor ghal din il-partita kelli biza kbira li nerġgħu naqaw f’xi telfa ohra ghaliex f’jumejn ma’ tipreparax loghba kumplikata bhal dik kontra udinese u b’kowc temporanju. Izda nghid il-verita kelli sorpriza sabiha u kont zbaljat ghaliex bidliet tattici saru u taw il-frott taghhom.
Nasal nghid li nahseb kienet l-ahjar loghba li laghbna sissa flimkien ma’ dik kontra inter. Jien ser naqsam maghkom bhas-soltu l-opinjoni tieghi biex imbaghad fil-kummenti taghtu l-opinjoni taghkom.
L-aktar haga li qbilt ma’ Brambilla kienet il-posizjoni wara l-attakanti ta’ Kenan Yildiz fejn kellu aktar liberta fil-movimenti tieghu u kien aktar ta’ xkiel ghad-difiza avversarja.
Qbilt ukoll maz-zewg attakanti fejn Openda ghalkemm xejn ta’ barra minn hawn kien hafna ahjar mis-soltu u kien ta’ ghajnuna ghal Dusan Vlahovic.
Jekk innutajtu tibdil ftit sar u sar tard fil-loghba u jien diga nazzarda nghid li diga certa players li aktar ghamlu hoss barra l-pitch milli gewwa se tonqsilom l-importanza u c-certezza ta’ post ma’ l-ewwel hdax. Ezempju car kien ezempju Conceicao li anka waqt li konna dro xorta ma’ tahx cans u Brambilla prefera t-tim work milli hafna giri u dribbling fil-vojt f’hin delikat tal-partita.
Laqtitni ukoll ir-reazzjoni tal-players li ghalkemm laqqatna l-gowl tad-dro fl-ahhar mumenti ta’ l-ewwel taqsima xorta hrigna u bqajna fuq udinese kwazi taqsima shiha. Fl-ahhar il-var hadem ghalina ukoll u gejna moghtijja l-ewwel zewg penalties favur.
Naghlaq billi naqsam il-hsieb tieghi rigward il-kowc il-gdid li jidher ser ikun Luciano Spalletti fejn jien nghid li kieku s-sajf l-iehor tkecca gimgha qabel minn nazzjonal kien jibda l-istagun maghna. Jekk dan kollu minnu nawgurawlu kull success ghaliex ma’ ghandux bicca xoghol facli, prattikament irid jibda mill-bidu u mill-gdid. Nistennew l-ufficcjalita.
FORZA JUVE DEJJEM

