Għad hemm wisq neqsin!by Matthew Scerri
Għadda ħafna żmien minn l-aħħar logħba ta’ Juventus u forsi ħafna nsew id-diskors li kien jingħad li f’Jannar se jkollu lil kulħadd lura. Il-verita’ sfortunatament hi oħra. Juventus għad għandhom bosta plejers neqsin. Wisq plejers neqsin fil-verita’ u dejjem l-istess ismijiet. Allegri llum qa li jittama li sal-aħħar tax-xahar ikollu lil kulħadd lura tajjeb għal-logħob. Għandna d-dubji tagħna kemm se jkun hekk.
Intant għal għada Allegri rkuoea lil Chiesa u lil Szczesny, għalkemm x’aktarx it-tnejn li huma mhux se jibdew mill-ewwel minuta. Pogba u Vlahovic, mill-banda l-oħra fadlilhom madwar ġimaghtejn-tlieta biex ikunu jistgħu jilagħbu. Bonucci u Cuadrado wkoll għadhom mhux f’sikkithom. De Sciglio u Kaio Jorge għadhom mhux tajbin għal-logħob anki jekk ilhom barra mill-azzjoni għal tul ta’żmien.
Ma’ dawn kollu żdied Di Maria fl-aħħar sigħat. Hu qala’ daqqa fl-għaksa waqt it-training u ma ġiex mgħajjat għall-partita kontra Cremonese.
L-injuries m’għandhiex tkun skuża għal Juventus. Biss lanqas hu sew li Juventus ilhom minn Lulju jhallsu l-pagi miljunarji ta’ Pogba, Di Maria, De Sciglio… u qatt ma jieħdu xejn mingħandhom!
Matthew Scerri