Grazzi Ruganiby Pierre Borg
Grazzi Daniele, din il-kelma biss ghandna nohorgu minn fomna wara din il-partita li minnha ergajna rajna biss konfuzjoni tattika, determinazjoni ta’ xejn u wisq aktar gravi fizikament, u batuti immens b’kull avversarju jigri it-triplu taghna.
Kienet konferma ohra li l-pozittiv kollu li ghamilna matul l-istagun ghal xi raguni ntilef kollu u dan jista jkun gej minn hafna fatturi. Bdejna verament tajjeb u sibna l-vantagg wara biss 3 minuti, xi haga li ila ma tigri izda flok ghamilna loghba niddominaw u nziedu l-iskor gejna dominati minn Frosinone f’kull aspett, pussess, pressing, heffa u determinazjoni, players taghna bhal Locatelli u Kostic verament deludenti u nixtieq nkun naf kif jilghabu f’dawn il-livelli. Jekk innutajtu t-tieni gowl ta’ frosinone l-azzjoni bdiet minn fejn il-kaxxa taghhom u baqghu letteralment telghin bil-ballun qisu ma’ kien hemm hadd.
Li qed iddejaqni hija l-haga li qed nara certa players li donnom immullaw u jidhru li mdejjqin bil-kowc fl-opinjoni tieghi. Player bhal Chiesa ma’ tarahx f’azzjoni wahda denja, Rabiot sakemm wegga ftit deher. Kif dahal Alcaraz mal-ewwel rajna moviment ta’ xi haga u nixtieq nkun naf ghaliex ma’ bediex ma’ l-ewwel hdax.
Ma’ irridx nkun ripetittiv u ma’ irridx innessi l-gid li ghamel fil-passat Allegri izda aktar ma’ jghaddu partiti aktar jidher car li wasal fi tmiem l-avventura tieghu. Hemm bzonn ta’ demm gdid u mentalita ohra illum qabel ghada.
Qabel naghlaq l-artiklu ma’ nistax ma’ nsemmix lil Daniele Rugani, kemm hu sabih li tkun persuna umli minghajr hafna xenxilli u tahseb li inti l-fuq minn haddiehor b’hafna ghajjat u paroli u Rugani ilu snin twal ma’ Juventus minghajr qatt haseb li hu xi stilla, minghajr qatt ma’ pretenda xi haga bi dritt, dejjem lest li kif jissejjah jilghab jaghmel dmiru b’umilta u hawn hafna li lanqas jafu xi tkun umilta. Grazzi daniele u;
FORZA JUVE DEJJEM