Gwerra interna?by Pierre Borg
Mil-ahbarijiet li bdew jaslu fil-media jidher illi l-prokura ta’ Torin m’hix ha tappella mid-decisjoni tal-GIP li skond hu mhuwiex qed jara xi rregolaritajiet fid-decizjonijiet li ttiehdu rigward pagi u ftehim li sar mal-players fi zmien il-pandemija.
Dan beda hiereg fl-ahbarijiet ftit tal-hin ilu ghalkemm naturalment certu gazzetti ma’ jaghtux din l-ahbar bhala headlines bhal meta jintefa t-tajn fuq il-Juventus.
Nibqa nsostni li personalment xorta ma’ qbiltx kif tmexxiet Juventus dawn l-ahhar snin b’decizjonijiet diskutibbli li letteralment flok komplejna nissahhu tajna l-hajja lil clubs ohra. Izda mod tikritika decizjonijiet ta’ tmexxija u mod jintefa tajn ta’ evazjoni ta’ taxxi fost hafna akkuzi ohra u b’kundanni maqtuwa mal-ewwel biex issir hsara kbira lill-club li tista tkun irreparabbli.
Izda issa bhala sapporter Juventin jekk qatt kelli xi dubju bdejt innehhih ghal kollox u nistaqsi! Ma’ naghmlux mod li minhabba li probabilment hemm gwerra silenzjuza nterna dan kollu nqala u hareg biex issir xi revoluzjoni fit-tmexxija? Ma’ naghmlux mod li xi hadd minn fuq nett ma’ setax jehles minn xi hadd u dan kien l-uniku mod li setaw taru l-irjus?! Nerga nghid it-tibdil kien ilu jidher li kien hemm bzonnu izda ghaliex jekk li qed nahseb huwa minnu kien hemm bzonn naslu sa hawn? Ghaliex jekk hu minnu li qed nahseb biex sahansitra nibdew pagna gdida naslu biex anka ncapsu club?! Nispera li m’huwiex milli qed nahseb izda jekk hu hekk tal-misthija li jsiru manuvri bhal dawn ghaliex allura ghall-gwerer personali ntmiss il-qiegh u ser nbatu mhux biss it-tim izda hafna aktar ahna s-sapporters, ahna n-nies Juventini, ahna li tant nhobbu lil dawn il-kuluri u naghmlu tant sagrificcji biex nsegwu u nappogjaw kemm nistaw.
Konvint li z-zmien jtina parir u z-zejt ser jitla f’wicc l-ilma u l-verita tohrog! konvint aktar minn qatt qabel illi l-Juve ahna s-sapporters u hadd aktar. Min iddejjaq u qed imexxi l-gwerer habba ragunijiet personali tieghu jaghmlilna pjacir u jbiegh lil dan il club glorjuz.
FORZA JUVE DEJJEM