Ħadd ma jidher li ordna li Napoli ma jmorrux Turin!by Aleandro Bartolo
L-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa żvelat b’mod esklussiv li rat kopja tad-dokumenti li l-ASL ta’ Napli (jiġifieri l-awtorità tas-saħħa lokali) għaddiet lit-tim ta’ Napoli. Fid-dokument ma hemm l-ebda ordni biex il-plejers ta’ Napoli ma jmorrux Turin u jibqgħu minflok kwarantina f’darhom. Fi kliem ieħor Napoli setgħu jivvjaġġaw lejn Turin li kieku riedu. L-uniku ordni tal-ASL jidher li kien li t-tim irid ikun maqtugħ kemm jista’ jkun mill-bqija tan-nies l-oħra. Barra minn hekk irid jerġa’ jsir swab test illum bir-riżultat li joħroġ qabel il-partita.
Matthew Scerri