Ħalliena anki Del Sol

MatthewJuve News 1 Comment

Tħabbret il-mewt ta’ Luis Del Sol fl-età ta’ 86 sena. Del Sol kien l-ewwel Spanjol li qatt lagħab għal Juventus. Hu beda u temm il-karriera ma’ Betis. Fl-1962 hu ffirma għal Juventus wara xi snin jilgħab għal Real Madrid. Fl-1967, imbagħad, Del Sol ingħaqad ma’ Roma f’deal kbira bejn il-klabbs: Del Sol, Vieri u Zigoni ma’ Roma, Capello, Spinosi u Landini ma’ Juventus. Del Sol kellu karriera mill-aqwa anki mat-tim nazzjonali Spanjol u rebaħ il-Kampjonat Ewropew tan-Nazzjonijiet fl-1964.

Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem!

Share with your Bianconeri friends!Share on Facebook
Facebook
Tweet about this on Twitter
Twitter
Print this page
Print
Email this to someone
email

Comments 1

  1. Kelli x-xorti li niltaq darba ma’ Luis del Sol meta Juventus nizlu Ruma ghal kontra Roma. Kont prezenti fil-lounge tal-Hotel Quirinale f’Via Nazionale Ruma, u ghal-habta tal 11.30 Del Sol kien qed fuq sufan jitkellem ma’ qassis. Id-diskursata kienet profonda ghax ghal darba dartejn, il coach juventin, Monzeglio min ftit metri boghod sejjah lil player, ‘Luis, Luis vieni’. L-Ispanjol baqa jitkellem sakemm mat-tielet darba, Monzeglio b’herra liema indirizza lil qassis u qallu : ‘Reverendo, questa e ora santa per noi, grazie’. Kien hawn li Del Sol sellem lir-Reverendu u naghad ma shabu ghall-ikel.
    Flimkien ma’ Paul Borg Olivier u l-mikbi Joe Bonello (RIP), il-papa ta’ Matthew, baqjna nharsu lejn xulxin. Ta’ min jghid li bhala Spanjol, Del Sol kien Kattoliku ferventi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *