Id-dettalji tal-ftehim għat-trasferiment ta’ Locatelli ma’ Juventusby Aleandro Bartolo
Fi stqarrija uffiċjali Juventus ħabbru li kisbu lil Manuel Locatelli b’self għal sentejn sat-30 ta’ Ġunju 2023. Juventus mhuma se jħallsu xejn għas-self. Fl-2023 il-Bianconeri jkollhom l-obbligu li jixtruh għal kollox għas-somma ta’ 25 miljun Ewro, liema obbligu jidħol fis-seħħ jekk jintlaħqu miri sportivi maqbula mill-klabbs. Apparti dis-somma hemm anki bonuses li jammontaw għal 12.5 miljun Ewro.
Matthew Scerri