Il-Curva tibqa’ miftuħa (għalissa)by Matthew Scerri
Il-Curva Sud Primo Anello se tkun qed tilqa’ lis-supporters Juventini bħas-soltu fil-partita kontra Napoli (għallinqas għalissa). Fil-fatt il-Qorti tal-Appell laqgħet ir-rikors urġenti mressaq minn Juventus kontra d-deċiżjoni tal-Imħallef tal-Isport li l-Curva Sud tinżamm magħluqa għal partita waħda minħabba l-korijiet razzisti fil-konfront ta’ Lukaku. Il-Qorti tal-Appell issospendiet din id-deċiżjoni u għamret li l-kwistjoni tinqata’ minn Tribunal ieħor. Fi kliem ieħor għalissa l-Curva Sud se tibqa’ miftuħa sakemm it-Tribunal jaqta’ s-sentenza tiegħu. Mhux magħruf meta se jiltaqa’ dat-Tribunal. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Ansa s-sentenza tat-Tribunal se toħroġ qabel it-23 ta’ April meta Juventus se jkunu qed jerġgħu jilagħbu f’darhom fil-kampjonat bl-avversarji jkunu Napoli.
Matthew Scerri