Il-klabbs tas-Serie A se jitolbu lill-plejers jaċċettaw li ma jitħallsux l-aħħar xahrejn pagaby Aleandro Bartolo
Fuq proposta ta’ Inter, il-klabbs tas-Serie A qablu waqt laqgħa tal-Lega Calcio li se jiftħu negozjati mal-union tal-plejers sabiex il-plejers jaċċetta li ma jitħallsux l-aħħar żewġ pagi għal dan l-istaġun. Il-kriżi finanzjarja qed tinħass sew tant li se jingħata permess li l-ħlas tal-pagi li kien dovut sal-aħħar ta’ Mejju x’aktarx issa se jiġġedded sa Diċembru bit-tama li fis-sitt xhur li ġejjin il-klabbs ikollhom dħul mill-ġdid mill-gate money u minn sponsors biex ikopru l-flus li għandhom jagħtu lill-plejers tagħhom.
Matthew Scerri