Il-Ministru De Micheli: “Paratici talabni biss informazzjoni”by Aleandro Bartolo
Il-Ministru Paola De Micheli kellha l-opportunità li tagħti l-verżjoni tagħha dwar it-telefonata ta’ Paratici. Mistiedna fuq il-programm ta’ Rai 3, Che tempo che fa, il-Ministru stqarret: “Paratici talabni informazzjoni dwar il-proċedura biex tinkiseb iċ-ċittadinanza. Ma tkellimniex dwar l-eżami ta’ Suarez. Peress li m’iniex kompetenti f’dawn l-affarijiet għidt lil Paratici biex ikellem lil min hu ikkonċernat. Intlabt nagħti informazzjoni u tajt informazzjoni.”
Matthew Scerri