Il-Ministru jagħti indikazzjonijiet li l-istadiums se jibqgħu magħluqinby Aleandro Bartolo
Il-Ministru Taljan tal-Isport, Vincenzo Spadafora kien mistieden fuq il-programm Titolo V ta’ Rai 3. Hu sostna li hu diffiċli ferm li f’dan l-istaġun l-istadiums Taljani jiftħu l-bibien tagħhom għas-supporters. Fil-fatt l-prijorità se tingħata wara Marzu biex jerġa’ jibda l-isport li jsir fuq bażi dilettantistika. Barra minn hekk is-sitwazzjoni sanitarja għadha ma tippermettix li ħafna nies jinġabru f’post wieħed u l-indikazzjonijiet huma li l-affarijiet mhux se jinbidlu wisq fix-xhur li ġejjin.
Matthew Scerri