Illum Bologna vs Juventus – tama għal rebħa konvinċenti?by Massimo Grioli
Waslet il-ġurnata ta’ logħba oħra tat-tim favorit tagħna. Kif jaf kulħadd il-mument m’hu xejn feliċi speċjalment meta wieħed jiftakar li ma timijiet tal-livell ta’ Bologna ġbarna miżerja ta 2 punti minn 15 disponibbli bejn Udinese, Empoli, Sassuolo, Verona u Venezia. L-andament ma’ dawn il-klabbs żgħar żgur kien hażin u t-telf enormi ta’ punti qed ikun defiċit enormi kemm għall-moral kif ukoll biex terġa tibni xi ħaġa. Hija normalissima li wara ċiklu kbir ta’ rebħ ikun hemm waqfa mir-rebħ, biss pero’ meta tissejjaħ Juventus tippretendi li ħasbu għaliha minn qabel ħaġa hekk għax l-ambizzjonijiet ta’ klabb bħal taghna għandhom ikunu għoljin dejjem. Kellhom l-okkażjoni rara li din l-ġimgħa setgħu jitħarrgu bla nterruzzjoni ta’ logħbiet waqt il-ġimgħa u milli qed naqra u nisma jista’ jkun nirkupraw lil McKennie illum li forsi jista’ jkun manna mis-sema meta kif rajna fl-aħħar logħba il-midfield reġa ma ffunzjonax sewwa. Illum hemm ċans naraw il-Kaio Jorge mill-bidu fl-aħħar u forsi naraw iktar mill-viċin x’jista joffrilna dan il-player żgħażugħ. Li kien għalija llum ukoll jixraqlu spazju Soule – dan qed ngħidu għax anki bin-nuqqas ta’ krejattivita’ kawżata mill-assenzi ta’ Chiesa u Dybala x’titlef iktar f’dan il-mument u l-klassifika kif inhi, ma hemmx – anzi forsi x’tiggwadanja hemm. Rajna b’Pellegrini li minkejja l-mument u staġun li mhux affattu mill-aqwa almenu ndunajna li jista jieħu post Alex Sandro bla problema ta’ xejn. Il-players żgħar ma tistax tippretendi li ttihom 5 minuti f’ logħba, tagħtihom 10 minuti f’xi logħba ohra u tippretendi li tara xi Messi mill-ewwel. Iridu jingħataw kontinwita’ fuq perjodu itwal. Għalkemm jista jkun li xi drabi jkollhom prestazzjoni mhux feliċi, biex jibnu l-fiduċja iridu jingħataw ftit kontinwita’ biex naqra naqra jaqbdu r-ritmu, ovvjament jekk il-player ikollu kwalita’. Il-ħaga trid issir bi ftit għaqal.
Wieħed jittama li llum forsi naraw ftit grinta li jiġġieldu għall-flokk, ikun hemm min ikun hemm – kwalita’ li naqset bil-kbir din is-sena. Il-feroċja li tikkaretteriżża lill-Juventus ftit rajniha dan l-aħħar, u minn hemm irid jibda kollox. Ovvjament il-grinta trid tkun ikkumplimentata minn iktar kwalita’ fil-players. Grinta u kwalita’ iridu dejjem jingħaqdu flimkien u ma jistgħux waħda tgħaddi mingħajr l-oħra. Jien affarijiet tajbin nibqa nemmen li hemm fl-iskwadra attwali. Allegri jrid isib the right mix bejn jerġa jġib ftit entużjażmu u jintroduċi il plejers iż-żgħar ta’ kwalita’ u jerġa jsib ukoll fil-players veterani il-ħeġġa u l-esperjenza tagħhom biex ninqalgħu minn din is-sitwazzjoni u jerġgħu jibdew jinġabru il-punti.
Nagħlaq billi nagħmel parenteżi żgħira fuq is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar li dalwaqt ikun magħna. Tisma u taqra dikjarazzjonijiet ta’ diriġenti kif ukoll smajna il-konferenza stampa ta’ Allegri il-bieraħ qabel il-logħba tal-llum, li qed jippuntaw lejn li l-iswkadra għandha tibqa kif inhi jew li l-iskwadra kompetititva kif inhi. Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa żball kbir ta’ preżunzjoni. Hemm xi ttejjeb u r-riżultati qed juruha. U jekk ma taffordjax li tixtri, almenu trid tara kif tipprova tintegra jew saħansitra ġġib lura lill-players li qegħdin b’self ma’ klabbs oħra. Xi ħaġa dejjem trid tipprova tara x’tagħmel – kemm tirnexxi wieħed irid jara maż-żmien. Imma nkun aktar kuntent u kburi kieku narahom jippruvaw iċaqilqu ftit l-affarijiet milli jħallu d-destin jaqa fuqhom passivament.
Insellmilkom.