Inkonsistentiby Pierre Borg
Il-loghba u r-reazzjoni kontra l-Inter ma’ halliet l-ebda effett f’mohh il-players taghna. Meta fl-artiklu li ghadda ktibt li nispera dik il-partita tkun it-tluq biex nitilghu targa ohra u tidhol konvinzjoni fil-players kienet il-biza tieghi li bhas-snin li ghaddew naghmlu pass il-quddiem mbaghad wara ghaxra lura!
U hekk gara, fil-partita Parma mimlijin tfal letteralment belawna u sturdewna specjalment fl-ewwel taqsima. Qlajna gowl fil-bidu li harbat kull pjan ta’ loghba li setgha kien hemm, rajna d-difetti ta’ dejjem difiza iccassata, marking ta’ xejn b’Gatti u Danilo kienu l-leaders ta’ tghaffig u zbalji banali bit-tfal ta’ Parma jirredikolawom partita shiha, midfield li rega fotokopja ta’ snin ohra slow u prevedibbli u li ma jkunx naqra l-Portugiz jipprova jzid il-velocita tal-loghob ma’ tara lil hadd jipprova jiehu bicca inizjattiva. Biex tghaxxaqa kellna ukoll lil Cambiaso mitluf u loghba shiha jqassam hazin u bilkemm jiflah l-ahhar kwarta tal-loghba u minn hawn nigi biex nistaqsikom l-mistoqsijiet li nistaqsi lili nniffsi biex nara jekk tarawx l-affarijiet bhali kif graw sa issa.
Fizikament taraw li nbidel xi haga mil-passat? Tattikament ghadna naraw konfuzjoni u haddiehor jilghab b’memorja u veloci? Ghadna naraw loghob slow u fantazija ta’ xejn? Ghadna meta nilghabu ma’ timijiet zghar bhal Parma nsibu diffikulta kbira biex nippenetraw? Ghaliex personalment ftit qed nara differenzi mil-passat. Forsi ngibu l-iskuzi tal-players neqsin! Imma nghid jien possibli ghandna reserves daqshekk hziena, il-bierah nkwetajt immens meta rajt lil Koopmeiners fl-ahhar ftit tal-partita, letteralment tqil, bilkemm jiflah jiccaqlaq bil-ballun, haga li qed iddahhali hafna suspetti u hsibijiet fil-preparazjoni fizika li tant ftahru bija fil-passat gurnalisti rigward l-istaff ta’ Thiago Motta.
Bqajna naraw li meta nkunu qed nilghabu f’darna kulhadd gej bla biza jattakkana u jghaddi minn fuqna qisu xejn mhu xejn u issa bdejt naghmel hafna mistoqsijiet lili nnifsi u ghalkemm ghadni konvint li kellna bzonn bidla teknika li hu zgur li s-sena l-ohra b’hafna anqas kwalita mirakli saru u hadd ma’ jista jinnegah. Qed indahhal dubji f’mohhi kemm il-partiti qed jigu preparati tajjeb bi pjan sura biex naffrontaw l-avversarji. Konna nafu li t-triq hija twila u diffikultajiet ser ikun hemm izda li nara l-istess redikolagni ta’ zbalji banali u nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ snin passati assolutament le.
Nistennew il-partita li jmiss, bhal passat diga spiccajt nitlob li ma’ tasalx il-gurnata tal-partita! Xi haga li ma’ stennejtx din is-sena izda bhal dejjem
FORZA JUVE sa l-ahhar nifs.