Is-Soltu Tbatijaby Pierre Borg
Ir-ritorn fl-ewropa taghna rebha ohra mimlija tbatija u s-soltu problemi kbar li ghandu dan it-tim u wisq aktar dawn il-players li fost hafna nuqqasijiet zgur l-akbar wahda hija dik ta’ nuqqas ta’ karattru.
Batejna ma’ bicca tim minn Cipru li ghamel ftit hoss din is-sena fic-champions league b’xi zewg drojiet storici ghalihom. Kellna l-ewwel taqsima tal-partita fl-opinjoni tieghi verament ta’ livell baxx, mimlija konfuzjoni u tahwid bi players bhal Miretti li ma’ qabadx assolutament tarf f’partita shiha u fejn irriskjajna li anka mmorru minn taht fejn pafos kellhom bosta okkazjonijiet ta’ skor u ma’ kienu jisirqu assolutament xejn.
Kellna lil Zhegrova li ghal-ewwel darba beda mill-bidu izda ftit kien effettiv u kien immarkat tajjeb, sinjal li ghadu lura hafna biex ikun decisiv mill-bidu.
Izda nerga nigi ghal kollettiv, fit-tieni taqsima fost is-soltu konfuzjoni bi tbatija u b’gowl sabih ta’ Mckennie morna fil-vantagg izda t-tim xorta jtik dik is-sensazjoni ta’ fragilita u biza li hemm nuqqas ta’ konvinzjoni anka fil-players stess. Wasal it-tieni gowl minn Jonathan David li rega kellu partita fqira ohra izda ghalmenu sab ix-xibka wara li kien falla cans enormi fl-ewwel taqsima wahdu quddiem il-lasta.
Onestament stennejt li Spalletti kien ser jaqbad aktar tarf malajr tas-sitwazzjoni izda nghid b’wicci minn quddiem li sa issa ma’ rajna xejn gdid, ma’ rajna l-ebda progress, bqajna bl-istess problemi jekk ma’ zdidux ukoll u bosta decizjonijiet diskutibbli. Stennejt hafna u hafna aktar minnu.
Sadanittant avvanzajna ftit iehor fil-klassifika biex ghadna bic-cans li nikkwalifikaw ghalmenu ghall-ottavi ghalkemm zgur li ma’ ghandniex hajja twila fl-ewropa ghaliex id-differenza ma’ hafna timijiet ohra hija enormi izda forsi minn naha ekonomika tfisser aktar flus ghal club. Mil-bqija ftit hemm wiehed x’johlom ghaliex is-sitwazjoni mhijiex sabiha wisq.
FORZA JUVE DEJJEM

