Iswed u Abjad (l-ewwel parti)by Aleandro Bartolo
Ħbieb, kif tafu il-klabb maħbub tagħna miexi b’ħeffa u dedikazzjoni lejn tragward prestiġjuż u mistħoqq!
Infatti, fit-13 ta’April 2025 id-dar tagħna il-Juventini Maltin se tilħaq il-50 (ħamsin) sena Anniversarju mit-twaqqif tagħha.
Għalhekk qed inwasslulkom kopja tal-ktieb li kien ħareġ fl-2015 meta konna ċċelebrajna l-40 sena.
Din is-sensiela tal-ktieb “Iswed u Abjad” miktub minn Manwel Scerri u Matthew Scerri se tittella’ gradwalment f’partijiet matul iż-żmien.
Filwaqt li nispera li din l-inizzjattiva se tingħoġob minnkom, nħeġġukom issegwu dan is-sit biex tkun mgħarrfa rigward l-attivitajiet tal-klabb tagħna.
Iswed u Abjad
L-40 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)
Manwel Scerri Matthew Scerri
Din l-ewwel edizzjoni 2015
Pubblikazzjoni Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) Triq Madre Maria Teresa Spinelli Birkirkara, Malta
Disinn tal-qoxra: William Micallef
Qari tal-provi: Albert Callus
Issettjar u Stampat: Print Right Ltd. Qormi
Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)
Il-jeddijiet tal-pubblikazzjoni huma miżmuma mill-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975). Dan il-ktieb qed jinbiegh bil- kundizzjoni li ma jistax jissellef, jerġa’ jinbiegh jew jingħata b’xejn f’xi għamla jew legatura oħra hlief kif inhu ippubblikat. Ma jista’ jsir ebda tibdil. Ebda silta minnu ma tista’ tkun ippubblikata jew maħruġa f’mod fotostatiku, elettroniku, mekkaniku, irrekordjat jew b’xi mod ieħor mingħajr il-permess tal-awturi u/jew tal-Kumitat tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975).
Dedikat
lil kulmin ta sehmu, b’tant dedikazzjoni, fit-twaqqif u fit-tmexxija tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) f’dawn l-ewwel erbgħin sena ta’ ħajja tal-klabb.
Werrej
- Kelmtejn ta’ introduzzjoni
- Daħla
- Prologu
- Kapitlu 1 L-Ewwel snin 1975-1980
- Kapitlu 2 -Snin Tmenin
- Kapitlu 3 Snin Disghin
- Kapitlu 4 ventus Club fis-Seklu XXI
- Kapitlu 5 Juventus 1975-2015
- Intervisti/1 Tony Dimech L-ewwel President
- Intervisti/2 Mark Zammit, II-President li waqqaf il-Juventus Club Vero Amore fl-1997
- Intervisti/3 Joseph Fenech – il-President attwali
- Appendići 1 Lista tal-Presidenti kollha
- Appendići 2 Kumitati 1975-2015
Kelmtejn ta’ introduzzjoni
Hu unur kbir għalija li qed nikteb dan il-messaġġ qasir ta’ introduzzjoni għall-ktieb Iswed u Abjad li jiġbor fih il-ġrajjiet tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) mis-sena tat- twaqqif fl-1975 sal-2015. Wara li tkunu qrajtu dan il-ktieb, se tifhmu kemm il-klabb għandu storja rikka, kemm konnessjoni kellu u għandu mal-Juventus FC, kemm plejers leġġendarji żaru lill-pajjiżna, x’sehem kellu fl-avvenimenti ewlenin tat- tim Juventin. Tassew aħna klabb f’pajjiż żgħir imma bi storja kbira!
Il-Kumitat elett fis-sajf 2014 mill-ewwel beda jaħseb biex -erbgħin anniversarju mit-twaqqif tal-klabb ikun ċelebrat bl-aktar mod xieraq. Fassalna programm shih ta’ attivitajiet Iijfakkru u jfaħħru l-kisbiet kollha tal-klabb mill-1975 ‘il quddiem. Il-klabb modern u professjonali ta’ llum hu l-frott ta’ dak kollu li nżera’ minn ta’ qabilna bil-ħidma siewja, is- sagrifiċċji u l-passjoni tagħhom. Żgur li llum ma kienx jista’ jkollna dan il-klabb mingħajr ix-xogħol tal-fundaturi u ta’ dawk kollha li servew fil-Kumitat mal-milja tas-snin.
Punt għal qalbi ħafna li nixtieq nagħmel hu li l-klabb hu essenzjalment magħmul mill-membri, u hawn nixtieq nishaq dwar l-importanza li l-membri għandhom fil-ħajja tal-klabb. Din l-istorja tal-klabb hi qabelxejn l-istorja tagħna Ikoll li flimkien mal-membri tal-imgħoddi niffurmaw dan il-klabb. Nemmen li dan il-ktieb jiġbor fih l-istorja ta’ parti minn ħajjitna stess.
II-Kumitat preżenti hu impenjat u determinat mhux biss li jiċċelebra l-erbgħin anniversarju, imma jrid ukoll ipoġġi I-bażi għall-ġejjieni ħalli l-istorja tal-klabb tkompli. Nixtiequ qabelxejn nattiraw aktar membri lejn il-klabb għax kif ghidt il-klabb hu magħmul min-nies u għaldaqstant jeħtieġ lin-nies biex jibqa’ ħaj. Jien u shabi tal-Kumitat ninsabu konvinti li biex nattiraw il-membri ma rridux biss noffru servizzi tajbin, imma l-ewwelnett hu fundamentali li l-klabb jitmexxa b’mod ġust u trasparenti. Minn hawn inwiegħed li se naħdmu bla waqfien f’dan is-sens.
Fl-istess ħin ukoll qed naħdmu biex il-membri jkunu moqdija aħjar skont il-ħtiġiet ta’ llum. Se nibqgħu nirrappreżentaw I-interessi tal-membri speċjalment barra minn Malta. Fix- xena lokali m’aħna se nieqfu qatt norganizzaw attivitajiet
Qed ninvestu dejjem aktar fit-teknoloġija, tajna dehra grafika ġdida lis-sit elettroniku tal-klabb, saħħaħna l-preżenza tagħna fl-organi soċjali moderni biex kemm jista’ jkun inżommu kuntatt kontinwu mal-membri. Minbarra dan, qed inkomplu nsebbħu u nimmodernizzaw is-sede għax nixtiequ li l-Juventini Maltin u Għawdxin jibqgħu kburin b’dik li nittamaw li Ikoll iqisu d-dar tagħhom. Kif qed taraw, il-ħidma hi kbira u nixtieq li dan ikun il-legat li nhallu lil min se jiġi warajna.
Naghlaq billi niżżi ħajr minn qalbi lil shabi tal-Kumitat u lill- isponsors għall-appoġġ dejjiemi tagħhom. Nirringrazzja wkoll Manwel Scerri u lil Matthew Scerri li ħejjew u bnew dan il- tieb. Ringrazzjament speċjali jmur imbagħad għall-membri kollha li jibqgħu dejjem warajna u jgħinuna biex inżommu lill-klabb haj. Fl-aħħar, nirringrazzja u nesprimi l-gratitudni mimlija għożża kbira lil kulmin kien u/jew għadu parti mill- klabb. L-istorja hawn miġjuba inkitbet minnkom stess b’ittri tad-deheb.
Joseph Fenech
President
Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975)
Daħla
Għalaqna 40 sena Storja ta’ mħabba vera
Inevitabbilment, kull anniversarju mhux biss mument ta’ ċelebrazzjoni, imma wkoll okkażjoni biex inħarsu lura lejn dak kollu li sar fl-imgħoddi u biex minnu nieħdu spunti biex inħarsu ‘l quddiem b’entużjażmu mġedded u b’konvinzjoni aktar qawwija ħalli titkompla l-ħidma tal-imgħoddi.
Dan il-ktieb hu l-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) li proprju din is-sena, fl-2015, qed jiċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Hi l-istorja ta’ klabb, imma fuq kollox hi l-istorja ta’ dawk il-persuni li kitbu din l-istorja kemm permezz ta’ impenn dirett u attiv fil-Kumitat tal-klabb, kif billi ffurmaw parti mill-istess klabb tul medda twila ta’ snin. Kulħadd ta sehmu b’modi differenti, bil-kapaċitajiet tiegħu mpoġġija għad-dispożizzjoni tal-klabb. Nittamaw li dan il- ktieb jirnexxilu jicċelebra bl-aqwa mod possibbli l-imħabba vera (mhux ta’ b’xejn il-klabb jismu Vero Amore) li mexxiet u ggwidat lil kulmin resaq lejn dan il-klabb.Inħossu li qabel xejn huwa dmir tagħna lkoll li nsemmu lill- pijunieri li poġġew l-ewwel ġebla u li kienu strumentali biex “welldu” l-Juventus Club f’pajjiżna. Dik il-ġenerazzjoni Ii 40 sena ilu hasset id-demm ‘Juventin’ jiġri fil-vini tagħha jimliha bil-kuraġġ, dedikazzjoni u sagrifiċċju. Huma emmnu b’konvinzjoni qawwija li pajjiżna wkoll kellu jifforma parti minn katina akbar tal-familja Juventina mxerrda fl-Italja u madwar id-dinja. Kellhom din il-ħolma u wettquha grazzi għall-imħabba u d-dedikazzjoni li poġġew f’ħidmiethom għall-ġid tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975).
Ħadmu u stinkaw, kemm fil-ferħ kif ukoll fid-diżappunt, biex mal-milja tas-snin, il-ġenerazzjoni ta’ llum tista’ tkun kburija li aħna mhux biss ħolqa minn din il-katina, iżda fuq kollox li maż-żmien sirna kolonna soda u li ma titkissirx fil-lealtà tagħna lejn il-kuluri Bianconeri.
Illum, li qed niċċelebraw 1-40 anniversarju mit-twaqqif tal- klabb Juventin f’pajjiżna, inħossu li nkunu qed nonqsu jekk ma nagħmlux dedika speċjali lill-pijunieri u l-membri li ma kellhomx ix-xorti li llum ikunu fostna biex jiċċelebraw magħna dan l-anniversarju. Konvinti li huma minn hemm fuq qegħdin isegwu b’sodisfazzjon kbir din ir-rikorrenza daqstant speċjali fl-istorja tal-klabb.Bħal f’kull storja ohra, l-erbgħin sena tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hi magħmula minn waqtiet sbieħ u oħrajn koroh. Tul dawn is-snin, aħna l-partitarji Juventini fraħna u bkejna flimkien ma’ miljuni ta’ Juventini oħra fil-mixja kontinwa wara t-tim maħbub tagħna, il-Juventus. Fraħna meta l-Juve għamluna kburin bis-suċċess miksub, u bkejna meta sfortunatament għaddejna minn episodji drammatići li messew il-qlub Bianconeri u li qanqluna kemm mil-lat morali kif ukoll minn dak sportiv. Konna dejjem hemm maġenb it-tim tal-qalb tagħna, tajna l-appoġġ tagħna anki fl-ikreh żminijiet għax il-vero amore, I-imħabba vera, hekk titlob.
Fl-aħħar u mhux l-anqas, tislima u dedika jmorru wkoll għall-ġenerazzjoni Juventina ta’ llum li bl-istess passjoni u dedikazzjoni qed tkompli x-xogħol li nbeda fl-1975 u li tkompla bla waqfien f’dawn l-aħħar erbgħin sena. Dik il-ħolma ta’ nofs is-Snin Sebgħin għadha qed titwettaq bl-istess spirtu ta’ dejjem. Illum-il ġurnata, il-Club tagħna kiber mhux biss fl-istatura tiegħu bħala ‘d-dar’ fejn jilqa’ lill-Juventini f’kull okkażjoni, iżda wkoll kiseb b’mod inkundizzjonat ir- rikonoxximent, ir-rispett u l-ammirazzjoni barra minn xtutna, b’mod partikulari fi ħdan l-ambjent uffiċjali ta’ Juventus F.C.
Fuqna li llum qed immexxu b’mod l-aktar ghaqli u progressiv dan il-Club taqa’ r-responsabbiltà kbira li nħarsu u nindukraw bl-aktar mod sod, u li nikkonservaw b’dedikazzjoni u mħabba inkondizzjonata, dak kollu li b’tant xogħol u sagrifiċċji I-pijunieri u I-membri tagħna bnew biex il-Juventus Club f’pajjiżna kiber minn dak il-jum storiku tat-13 ta’ April 1975.Ir-responsabbilità tgħaddi issa fuq il-ġenerazzjonijiet ta’ llum u ta’ għada biex il-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) jinżamm ħaj u jkompli jaqdi I-missjoni tiegħu b’mod aggornat għall-ħtiġijiet taż-żminijiet ta’ llum u tas-snin li ġejjin. L-isbaħ xewqa li nistgħu nagħmlu lill-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hi li jibqa’ jkollu fi ħdanu persuni li jaħdmu b’fiduċja, b’kollaborazzjoni u b’enerģija sħiħa biex il-klabb Malti jkompli miexi ‘l quddiem, jikber u jissaħħah. II-vero amore, l-imħabba vera m’għandha tintemm qatt.
ikompli ….